Thursday 4th July 2019
Clint Vassallo fit-2 Tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran


Nhar is-Sibt fil-korsa ta’ Ploiesti r-Rumanija ssir it-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran bir-rappreżentant Malti jkun Clint Vassallo.


 


Vassallo ilu jsuq minn Jannar 2001 fejn b’kollox rebaħ 174 tiġrija. Is-sena l-oħra kien l-aħjar staġun s’issa għalih fejn rebaħ total ta’ 23 tiġrija u spiċċa fil-ħames post tal-klassifika għall-aqwa ġerrej tal-Malta Racing Club.


 


L-ewwel tappa ta’ dan il-Kampjonat saret Malta fil-31 ta’ Marzu bil-ġerrej Malti Noel Baldacchino joħroġ rebbieħ.  Din is-sena l-Kampjonat qed isir fuq ħames tapep fejn fil-11 t’Awissu issir ir-Russja, 23 t’Awissu Franza u 7 ta’ Diċembru Sqallija.


 


Vassallo huwa akkumpanjat mill-koordinator tal-midja u relazzjonijiet pubbliċi tal-Malta Racing Club Lorraine Cunningham.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/06/19