Saturday 12th February 2011
Michael Sultana f'Cagnes Sur Mer


Il-Kampjonat tal-Mediterran 2011, tal-Galop, ser jibda nhar il-Hadd 13 ta' Frar fil-korsa pittoreska ta' Cagnes sur Mer, fi Franza. Malta irnexxila tikseb it-tieni post fl-edizzjoni 2010, fejn il-Marokk kienu gew ikkonfermati ir-rebbieha fl-ahhar tappa dik tat-8 ta' Dicembru li saret fl' Ippodromo del Mediterraneo, Sirakuza. Dan kien rizultat tajjeb hafna, specjalment meta wiehed iqis il-limitazzjonijiet taghna bhala pajjiz zghir li qed jikkompeti ma pajjizi ferm akbar bhal Franza u l-Italja, li ghandhom sewwieqa ta' fama internazzjonali u esperjenza vasta.

F'Cagnes Sur Mer, ir-rebbieh ta' l-aqwa gerrej tal-Galop 2010, is-Sur Michael Sultana, ser ikun qed jirraprezenta lill-pajjizna, wara li fl-ahhar xhur Sultana kiseb diversi rebbhiet barra min xtutna kemm il-Belgju, l-Germanja u sahansitra anke il-Kuwait. Ma Sultana ser ikun hemm jakkumpanjah Dr Matthew Brincat, ic-Chairman tal-Malta Racing Club, li ser ikun qed jattendi il-laqgha tal-kunsill tal-Mediterranean Horseracing Galop Committee, li ser issir is-Sibt 12 ta' Frar. Fost l-aktar importanti ser jigi diskuss il-kalendarju tat-tigrijiet ghal din is-sena, kif ukoll inizjattivi ohra bejn il-membri kollha.

Nawguraw lir-rapprezentant Malti success u bidu tajjeb ghal din is-sena. Il-Malta Racing Club ikkonferma li it-tappa ta' Malta bhall ma sar f'dawn l-ahhar sentejn ser issir nhar il-31 ta' Marzu 2011.

Il-Malta Racing Club