Wednesday 1st June 2011
It-28 u d-29 laqgha tal-istagun 2011 – il-5 u s-7 ta’ Gunju

minn Magnat

Nhar il-Hadd (5) u t-Tlieta (7) ta’ Gunju (festa pubblika f’Malta) se jsiru laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa, b’10 tigrijiet f’kull laqgha. It-tnejn jibdew fis-2pm.

Il-programm tal-Hadd jifforma parti mit-tieni edizzjoni tal-Equestrian Festival, celebrazzjoni ta’ zwiemel u ta’ dixxiplini differenti fil-qasam ekwestri li jigu pprattikati f’Malta, bil-programm jinkludi diversi attrazzjonijiet kemm ghaz-zghar kif ukoll ghall-kbar.

Il-Festival jibda fis-7am bit-tigrijet tal-ponijiet segwit minn cerimonja tradizzjonali ta’ tberik taz-zwiemel u annimali, dressage u quadrille, loghba polo, Challenge Cups ghall-ponijiet u mbaghad programm shih ta’ tigrijiet taz-zwiemel.

It-tigrijiet tat-trott huma fuq distanza ta’ 1,640m. Dawn jinkludu semi-finali li jwasslu ghall-finali, ghal kull wahda mill-klassijiet Silver u Gold. Se tinzamm ukoll finali ghal zwiemel tal-klassi Premier, bil-partecipazzjoni ta’ numru ta’ zwiemel popolari, li sitta minnhom huma Svedizi, tnejn Francizi, wiehed mill-Finlandja u iehor Norvegiz.

Ghandna wkoll il-Butler Cup ghaz-zwiemel tal-galopp, li fiha jiehdu sehem hames zwiemel li kkompetew fis-semi-finali tal-McDonald’s Mediterranean Derby, kif ukoll il-Piscopo Gardens Cup bil-partecipazzjoni ta’ seba’ zwiemel tal-galopp ta’ Klassi A li ma hadux sehem fis-semi-finali msemmija hawn fuq. Dawn iz-zewg tigrijiet se jkunu fuq distanza ta’ 1,750m.

Imbaghad, il-laqgha tas-7 ta’ Gunju tinkludi l-finali tal-McDonald’s Mediterranean Derby, ukoll fuq distanza ta’ 1,750m, li fiha gew miktuba biex jikkompetu s-seba’ finalisti li gejjin: Kimberley Downs, Uncle Bertie, Just The Best, Buttermilk, Ollie Fliptrik, Mayfair Princess u Adorabile Med. Dawn twieldu fi Franza, il-Gran Brettanja, l-Irlanda u l-Istati Uniti u jinkludu r-rebbieh tal-Mediterranean Derby tal-ahhar sentejn filwaqt li hamsa minnhom rebhu almenu darba fl-ahhar tlett hargiet taghhom.

Se jkollna wkoll il-finali tat-Tazza Sette Giugno fuq distanza ta’ 2,140m, li tara seba’ zwiemel tat-trott Svedizi u tnejn Francizi gejjin mill-klassi Premier u li kollha kellhom prestazzjonijiet sbieh dan l-ahhar, cioe’ Energy Launcher, Arnie Sensation, Super Qui, Gentle Way, Nobel de Grimoult, Mentor de l’Iton, Skip Dimanche, Think Yatzee u Isolated.

It-tigrijiet l-ohra tal-programm ta’ nhar it-Tlieta huma fuq distanza ta’ 2,640m u jkollna tigrija tal-klassi Copper, tnejn ghal kull wahda mill-klassijiet Bronze, Silver u Gold, u tigrija tal-klassi Premier.

Din tal-ahhar tinkludi tlettax-il ziemel, fost’ohrajn James de l’Iton, rebbieh ta’ edizzjonijiet tal-passat tat-Tazza l-Kbira u l-Prix de Vincennes, Belafonte li rebah tigrija u pplejsja darbtejn fl-ahhar tlett hargiet tieghu, id-debuttanti Yamaha Brodde (SE) u Or Noir Mabon (FR) u disa’ zwiemel ohra mill-aqwa.

Iz-zwiemel tat-trott li gejjin huma wkoll miktuba biex jiddebuttaw fil-klassi Gold f’dawn il-laqghat: Absolut Chili (SE), Nemrod du Ruisseau (FR), Vasterbo Hitchiker (SE), Novano du Brindeau (FR) u Stefan Sufflor (SE).

Nistennew zewg meetings mill-aqwa b’numru ta’ finali interessanti.

L-ahhar laqghat
Fil-laqghat ta’ nhar il-Gimgha u l-Hadd li ghadda, kellna s-semi-finali tal-kampjonati tal-Francizi.

L-ewwel semi-finali tal-Prix de Vincennes (klassi Premier) kellha biss sitt partecipanti, wara li zewg zwiemel gew irtirati. Hawnhekk Mystere d’Urfist ha l-kmand fid-dritt finali u dahal fl-ewwel post, izda dan iz-ziemel gie skwalifikat, b’Malin Roro jiehu t-tieni rebha konsekuttiva tieghu ezatt quddiem Mark de Chamant, li t-tnejn irregistraw hin tajjeb ta’ 1’15’7 fil-kilometru. Joker de Choisel u Knock de Manche kkwalifikaw ukoll ghall-finali.

It-tieni semi-finali rat lir-rebbieh tal-Emirates Tazza l-Kbira Kakisis u lil Master Perrine jisfidaw lil xulxin fid-dritta finali bi ftit li xejn jifred liz-zewg zwiemel. Il-photo finish ta r-raba’ rebha stagjonali lil Kakisis u z-zewg zwiemel rregistraw l-ahjar hin tal-laqgha ta’ 1’15’6 fil-kilometru. Iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw kienu Marathon Villers, Le Coup de Foudre u Lovely Mab.

Kojak d’Isques sprintja quddiem fid-dritt finali tal-ewwel semi-finali tal-Prix d’Enghien (klassi Gold) biex ha t-tielet rebha din is-sena quddiem Le Bon Mayennais, Intrus des Rioults, Lord The Best u Novak li kkwalifikaw ukoll ghall-finali.

Fit-tieni semi-finali, Magnifique Sablais mar quddiem fl-istadji bikrija u zamm il-kmand matul it-tigrija kollha, biex ha r-raba’ rebha stagjonali tieghu, minkejja l-isfida taz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw, Natif de Salvi, Marquis Penalan, L’Alpha de Cosse u L’Ideal de Fersan.

Ir-rebbieha l-ohra tal-kampjonati tal-Francizi kienu Oeillet Blanc u Oris du Lupin (f’hin tajjeb ta’ 1’15’9 fil-kilometru) fil-Prix de Cabourg (klassi Silver), Moustique Rose u November Oaks fil-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) u Icare de Jemma u Minou du Perdriat fil-Prix de Caen (klassi Copper).

L-attrazzjonijiet principali l-ohra ta’ tmiem il-gimgha li ghadda kienu s-semi-finali tal-McDonald’s Mediterranean Derby ghaz-zwiemel tall-galopp, li nzammu nhar il-Gimgha.

Fl-ewwel wahda, iz-ziemel Irlandiz Buttermilk kellu prestazzjoni tajba hafna biex ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta, meta gheleb lir-rebbieh tal-Mediterranean Derby tal-ahhar sentejn Just The Best, filwaqt li fit-tieni semi-finali, iz-ziemel Amerikan Kimberley Downs xejjen l-isfida ta’ Ollie Fliptrik biex irregistra t-tielet rebha stagjonali tieghu.

Barra minn xtutna, ninnuntaw b’sodisfazzjon is-success li gie rregistrat dan l-ahhar mis-sewwieq u trainer Malti Charles Degiorgio fil-korsa ta’ Solvalla fl-iSvezja. Naghtu l-isbah xewqat lil Charles u nawgurawlu li jkompli jaghmel iktar unur ghalih u ghal pajjizna.

Il-Mediterranean Derby
Minkejja l-popolarita’ superjuri tat-tigrijiet tat-trott f’Malta, wiehed mill-postijiet ta’ unur fil-kalendarju tat-tigrijiet taz-zwiemel huwa okkupat minn tigrija tal-galopp – il-Mediterranean Derby.

Fil-bidu kienet maghrufa bhala l-United Service Challenge Cup, bl-ewwel edizzjoni taghha tinzamm fl-1889, u llum hija l-aktar unur antik li ghadu jigi kkontestat fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta. Il-partecipanti dejjem kienu jinkludu l-aqwa kwalita’ ta’ zwiemel tal-galopp li kellna x-xorti naraw fil-korsa taghna.

Ix-xoghol tas-sengha elaborat li biex inhadmet din it-Tazza kif ukoll l-antikita’ taghha – inhadmet minn Messrs Gerrard and Co f’Haymarket fl-1857 bhala premju ghal Ascot u nxtrat mill-Malta Racing Club fl-1889 – jikkontribwixxi ghall-popolarita’ taghha.

Id-distanza tat-tigrija varjat konsiderevolment matul is-snin, mis-sitt “furlongs” (madwar 1,200m) originali, saret mil u nofs (madwar 2,400m), mil (madwar 1,600m), 1,700m u distanzi ohrajn, qabel ma wasalna ghall-1,750m tal-lum.

L-aktar lejn l-ahhar tas-seklu 19 u fl-ewwel snin tas-seklu 20, il-gurnata tad-derby kienet tkun okkazjoni mportanti fil-kalendarju socjali Malti u kienet tigbed spettaturi numeruzi, b’ufficjali bl-uniformi u n-nisa taghhom bi lbiesi u kpiepel fl-istil tal-korsa ta’ Ascot. Personalitajiet ewlenin bhall-Princep Louis ta’ Battenburg, il-Princep Andrew tal-Grecja (missier ir-ragel tar-Regina Elizabetta) u diversi Gvernaturi ta’ Malta, kemm-il darba pprezentaw it-trofew lir-rebbieha.

Hafna zwiemel popolari li jgibu memorji sbieh lid-dilettanti tat-tigrijet nizzlu isimhom fuq dan it-trofew prestigjuz, u numru sew minnhom irnexxielhom jirbhuh aktar minn darba, bhal fl-antik, Centaur fl-ahhar tas-snin erbghin, Bright Hopper f’nofs is-snin hamsin, TWA fil-bidu tas-snin sittin, u ohrajn, u recentement Just The Best li rebhu fl-ahhar sentejn, u Managing Director, bl-akbar numru ta’ rebhiet (hamsa, bejn l-2002 u l-2006).

Id-derby naturalment kellha wkoll is-sehem taghha ta’ zmenijiet difficli. Kien hemm snin li fihom lanqas biss inzammet, bhal fost l-ohrajn is-snin tal-gwerra u ohrajn fit-tmeninijiet u d-disghinijiet meta l-popolarita’ tat-tigrijiet tal-galopp lahqet l-inqas livelli taghha. F’xi kazijiet, kellha numru zghir hafna ta’ partecipanti, bhal fl-1994 meta kkompetew tlett zwiemel biss, u fl-1996 meta l-kontestanti kienu tnejn.

Biz-zieda fil-popolarita’ tat-tigrijiet tal-galopp fl-ahhar ghaxar snin, il-Mediterranean Derby regghet kisbet il-prestigju tradizzjonali taghha u din is-sena rajna wkoll l-introduzzjoni tas-semi-finali biex jinghazlu z-zwiemel li jikkwalifikaw ghall-finali.

Jalla l-Mediterranean Derby tkompli toffri spettaklu mill-aqwa bhal ma ghamlet ghal aktar minn seklu kif ukoll esperjenza memorabbli ghas-sidien, trainers u gerrejja taz-ziemel rebbieh.

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti.