Thursday 26th May 2011
Is-26 u s-27 laqgha tal-istagun 2011 – is-27 u d-29 ta’ Mejju

minn Magnat

Nhar il-Gimgha (27) u l-Hadd (29) ta’ Mejju se jsiru laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa, b’10 tigrijiet f’kull laqgha. Il-laqgha tal-Gimgha tibda’ fis-6.30pm, b’tal-Hadd tibda’ fis-2.00pm.

L-aspetti l-aktar attraenti ta’ dawn iz-zewg laqghat huma s-semi-finali tal-kampjonati tal-Francizi riservati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi li qed jikkompetu f’kull klassi rispettiva (zewg semi-finali ghal kull klassi maqsuma bejn il-Gimgha u l-Hadd), u s-semi-finali tal-McDonald’s Mediterranean Derby ghaz-zwiemel tal-galopp li se jinzammu nhar il-Gimgha.

It-tigrijiet tat-trott se jkunu fuq distanza ta’ 2,140m, filwaqt li dawk tal-galopp ikollhom distanza ta’ 1,750m.

L-attenzjoni principali tal-kampjonat tal-Francizi mistennija tkun iffukata fuq iz-zewg semi-finali mill-Prix de Vincennes (klassi Premier). Dawn jinkludu total ta’ 16-il ziemel f’etajiet ta’ bejn 11 u 15-il sena, li kwazi kollha kellhom rebh ta’ flus mit-tigrijiet fi Franza ta’ aktar minn Euro200,000.

Anki f’Malta, dawn iz-zwiemel kellhom rwol prominenti f’diversi kampjonati, u fosthom ghandna rebbieha tat-Tazza l-Kbira, Prix de Vincennes, kampjonat Dragonara Casino, Premio Trofeo del Mediterraneo u kampjonati tas-Sajf, fost ohrajn. Is-semi-finalisti jinkludu wkoll numru ta’ zwiemel relattivament godda li diga’ bdew juru x’isarrfu f’Malta.

Anki l-kampjonati tal-klassijiet l-ohra jinkludu numru ta’ zwiemel tat-trott popolari. Fost ohrajn fil-Prix d’Enghien (klassi Gold) se naraw zwiemel ta’ bejn 9 u 15-il sena, li hafna minnhom kellhom aktar minn Euro145,000 f’rebh ta’ flus mit-tigrijiet fi Franza, f’Malta kkompetew fil-passat fil-klassi Premier u kellhom prestazzjonijiet tajba f’edizzjonijiet li ghaddew tal-Prix d’Enghien u kampjonati ohra.

L-ewwel hames zwiemel minn kull semi-finali jghaddu ghall-finali sabiex ghandu jkollna ghaxar zwiemel f’kull wahda mill-hames finali.

It-tigrijet l-ohra tat-trott huma tnejn ghall-klassi Copper, wahda ghall-klassi Bronze, tlieta ghal zwiemel tal-klassi Silver u zewg tigrijiet tal-klassi Gold. F’dawn it-tigrijiet ghandna miktuba d-debuttanti li gejjin: Demi Deck (SE), Law Suit (SE), Next Haufor (FR), Opera du Pam (FR – skraccjat f’laqgha ohra), Osay du Viette (FR) u Westside Photo (SE) fil-klassi Silver, u Nacarat Campbell (FR) u Nouxor (FR) fil-klassi Gold.

Imbaghad sittax fost l-aqwa zwiemel tal-galopp se jikkompetu fiz-zewg semi-finali tal-McDonald’s Mediterranean Derby. L-ewwel erba’ zwiemel minn kull semi-finali jikkwalifikaw ghall-finali tal-McDonald’s Mediterranean Derby li se tinzamm fis-7 ta’ Gunju.

Dawn jinkludu zwiemel imwielda fir-Repubblika Ceka, Franza, Gran Brettanja, Irlanda u l-Istati Uniti, fosthom ir-rebbieh tal-Mediterranean Derby tal-ahhar sentejn Just The Best, diversi zwiemel li rebhu almenu darba fl-ahhar tlett hargiet taghhom, cioe’ Uncle Bertie, Tarruji, Giada Med, Mayfair Princess, Kimberley Downs u Ollie Fliptrik, u l-kumplament taz-zwiemel li huma kollha denji ta’ post fil-finali.

Ghalhekk qed jistenniena tmiem il-gimgha ta’ tigrijiet mill-isbah, kemm ghaz-zwiemel tat-trott kif ukoll ghal dawk tal-galopp …

L-ahhar laqgha
Il-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda kienet iddominata minn tlett semi-finali tat-Tazza Sette Giugno (li hadet post l-MRC Premier Trot li nzammet is-sena l-ohra) rriservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,140m. Tlett zwiemel minn kull semi-finali kkwalifikaw ghall-finali li se tinzamm fis-7 ta’ Gunju.

L-ewwel semi-finali rat lil Gentle Way imur fuq quddiem fl-ahhar 300 metru u jirrezisti sfida qawwija minn Isolated, biex ha t-tieni rebha tieghu tal-istagun, quddiem dan ta’ l-ahhar u Super Qui li wkoll ikkwalifikaw ghall-finali.

Imbaghad kien imiss lil Arnie Sensation li jirregistra t-tieni rebha tieghu din is-sena, meta ha l-kmand fid-dritta finali u zammu sat-tmiem, biex gheleb lil Mentor de l’Iton u Energy Launcher li kkwalifikaw ukoll, fl-aqwa hin kongunt tal-laqgha ta’ 1’16’1 fil-kilometru.

Finalment, Think Yatzee rregistra t-13-il rebha tieghu f’Malta u t-tielet rebha din is-sena, meta attakka b’sahhtu fl-ahhar dawra u zamm ir-ritmu sal-linja tat-tmiem biex irregistra hu wkoll hin ta’ 1’16’1 fil-kilometru. Id-debuttanti Nobel de Grimoult u Skip Dimanche spiccaw warajh u kisbu wkoll post fil-finali.

Kellna wkoll prestazzjoni sabiha ta’ Jobie Lucky fit-tigrija tal-klassi Gold, li rrizultat fl-ewwel rebha tieghu f’Malta, b’distakk tajjeb minn Kingpin La Marc u Biggles Coquet.

Ir-rebbieha l-ohra tal-gurnata kienu Orlando Tejy u Major Mitri fil-klassi Silver, li kull wiehed minnhom irregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta, Narval d’Haufor (anki hu ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta), Pout de Quelaines (it-tieni rebha f’Malta u dan l-istagun), Divinis (it-tielet rebha taghha dan l-istagun) u Nympheta de Bisoir (it-tieni rebha dan l-istagun) fil-klassi Bronze, u Insa (l-ewwel rebha dan l-istagun) fil-klassi Copper.

Rizultati ta’ testijiet tad-doping
Nirraportaw bi pjacir li din il-gimgha, il-Malta Racing Club irceva tlett testijiet ohra tad-doping li kollha kienu negattivi. Prosit tassew lis-sidien u trainers ta’ Boston Harbor, Moustique Rose u Ollie Fliptrik.

Il-Malta Racing Club se jkompli jaghmel testijiet tad-doping b’mod regolari u nawguraw li dawn ikomplu jaghtu rizultati negattivi.

Is-xena tat-tigrijiet tal-galopp
Fl-okkazjoni tas-semi-finali tal-McDonald’s Mediterranean Derby, huwa xieraq li naghtu daqqa t’ghajn lejn ix-xena prezenti tat-tigrijiet tal-galopp f’Malta.

Din kienet l-ewwel dixxiplina li giet introdotta f’Malta madwar seklu u nofs ilu – u dan mhux sorprendenti, ghax dak iz-zmien Malta kienet tifforma parti mill-Imperu Ingliz, fejn it-tigrijiet tal-galopp huma popolari ferm u l-bicca l-kbira tal-promoturi ta’ dan l-isport f’Malta kienu gejjin mir-Renju Unit.

Izda biz-zieda fil-popolarita’ tat-tigrijiet tat-trott, din id-dixxiplina bdiet tbatti, l-aktar bit-tnaqqis tal-prezenza Ingliza f’Malta mis-snin hamsin ‘il quddiem. Il-ftuh tal-korsa l-gdida fl-1981 kompla naqqas il-popolarita’ tat-tigrijiet tal-galopp minhabba li l-kurvi kiefra u d-dritti relattivament qosra taghha jaghmluha ferm aktar xierqa ghat-tigrijiet tat-trott milli ghal dawk tal-galopp.

Ghalhekk it-tigrijiet tal-galopp komplew sejrin lura matul is-snin tmenin u disghin. Madankollu, bejn wiehed u iehor fl-ahhar ghaxar snin, din id-dixxiplina bdiet tigbed interess gdid u bl-inkoraggiment tal-Malta Racing Club, rajna zieda gradwali fin-numru taz-zwiemel, tigrijiet tal-galopp ecc.

Illum, iz-zwiemel tal-galopp huma maqsuma f’zewg klassijiet, A u B, bid-distanzi tat-tigrijiet ikunu 1,250m, 1,750m u 2,250m.

Matul l-2010 kellna madwar 30 tigrija mqassma fuq 61 laqgha, b’14-il tigrija minn 26 laqgha (inkluz il-festival tal-bidu tas-sena) matul din is-sena s’issa, cioe’ medja ta’ tigrija kull zewg laqghat. Madwar 13-il gerrej lokali ppartecipaw f’dawn it-tigrijiet din is-sena.

Il-klassifika taz-zwiemel tal-galopp tal-MRC kienet tinkludi 46 ziemel fl-2009, li zdiedu ghal 49 fl-2010. Matul l-ewwel hames xhur ta’ din is-sena diga’ rajna 34 ziemel jippartecipaw f’dawn it-tigrijiet, b’etajiet ta’ bejn 3 u 10 snin, ghalkemm l-etajiet jistghu jvarjaw skond iz-zwiemel li jkunu disponibbli.

Wiehed u ghoxrin ziemel iddebuttaw fl-2010, flimkien ma’ hmistax ohra fl-ewwel hames xhur ta’ din is-sena.

Jalla l-popolarita’ tat-tigrijiet tal-galopp tkompli tizdied hawn Malta, ghaliex din hija dixxiplina storika u ferm eccitanti li zzid il-varjeta’ fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.

Il-gimgha d-diehla behsiebna naghtu daqqa t’ghajn lejn il-Mediterranean Derby u lejn xi kampjonati ohra tal-galopp fil-kalendarju tat-tigrijiet taghna.

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat pjacevoli fi tmiem din il-gimgha.