Thursday 12th May 2011
Il-23 u l-24 laqgha tal-istagun 2011 – it-13 u l-15 ta’ Mejju

minn Magnat

Nhar il-Gimgha 13 u l-Hadd 15 ta’ Mejju se jsiru laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. Il-laqgha tal-Gimgha tibda’ fis-6.30pm, b’tal-Hadd tibda’ fis-2.00pm.

It-tnejn huma laqghat twal b’dik tal-Gimgha tinkludi hdax-il tigrija u tnax-il tigrija fil-laqgha tal-Hadd. Dawn huma fil-bicca l-kbira tigrijiet tat-trott hlief ghaz-zewg tigrijiet tal-galopp li ghandna fil-programm tal-gimgha. It-tigrijiet kollha huma fuq distanzi qosra, bid-distanza ta’ 2,140m tintuza fit-trott u dik ta’ 1,250m fil-galopp.

Dan it-tmiem il-gimgha huwa ddominat mill-kampjonati tas-“Societe’ d’Encouragement a’ l’elevage du cheval francais” (SECF) riservati esklussivament ghal zwiemel Francizi. Se jkollna kampjonat ghal zwiemel minn kull klassi u total ta’ madwar 220 zwiemel huma rregistrati biex jikkompetu.

Il-kampjonati huma msemmija ghal koros famuzi fi Franza, il-Prix de Vincennes ghall-klassi Premier, il-Prix d’Enghien ghall-klassi Gold, il-Prix de Cabourg ghall-klassi Silver, il-Prix de Cagnes Sur Mer ghall-klassi Bronze u l-Prix de Caen ghall-klassi Copper.

Ghandna tlett heats ghal kull wahda mill-klassijiet Copper, Gold u Premier (sitt zwiemel minn kull heat jikkwalifikaw ghas-semi-finali li se jinzammu gimghatejn ohra), hames heats ghall-klassi Bronze (erbgha jikkwalifikaw minn kull heat) u sitta ghall-klassi Silver (erbgha jikkwalifikaw minn kull heat).

Il-laqgha tal-Gimgha tinkludi l-heats tal-Prix de Caen u l-Prix de Cagnes Sur Mer, b’dawk tal-Prix de Cabourg, il-Prix d’Enghien u l-Prix de Vincennes jinzammu l-Hadd.

Hafna zwiemel ta’ klassi se jiehdu sehem f’dawn il-kampjonati, bil-heats tal-Prix de Vincennes b’mod partikolari jkollhom lista ta’ 28 ziemel ta’ kwalita’ irregistrati. Dawn jinkludu fost l-ohrajn ir-rebbieha tat-Tazza l-Kbira James de l’Iton, In Vitro du Bourg u Kakisis, rebbieh ta’ edizzjoni tal-Prix de Vincennes Joker de Choisel, ir-rebbieh tal-MRC Premier Grand Final ta’ din is-sena Lou Petiot, ir-rebbieha tal-kampjonat tas-sajf tal-klassi Premier tas-sena l-ohra Lady de Vindecy u hafna zwiemel ohra li kienu popolari fi Franza matul il-karriera ta’ giri taghhom hemm u li llum huma popolari fostna.

Mistenni spettaklu kbir f’dawn it-tigrijiet kollha.

Il-programm tal-Gimgha jinkludi wkoll inkontru iehor internazzjonali b’tigrija li tara sewwieqa Maltin u ohrajn minn Malmo, l-iSvezja. Din hija inizjattiva ohra interessanti li tkompli tesponi is-sewwieqa taghna ghall-kollegi taghhom barranin u tippermettilhom jiksbu esperjenza internazzjonali.

Il-Gimgha ghandna wkoll zewg tigrijiet tal-galopp, wahda riservata ghall-Klassi A u l-ohra ghall-Klassi B, ta' l-ewwel b'lista shiha ta' tmien zwiemel registrati u l-ohra b'seba' zwiemel miktuba. Dawn it-tigrijiet jaraw zwiemel gejjin minn prestazzjonijiet tajba dan l-ahhar bhal Nuage de la Tour (3 pjazzamenti fl-ahhar tlett tigrijiet), Adorabile Med (2 pjazzamenti fl-ahhar tlett hargiet) u ohrajn fil-Klassi B, u Kimberley Downs (2 rebhiet minn zewg tigrijiet) u ohrajn, kif ukoll erba’ debuttanti (Marivan (IT), Pride of India (US), Rougement (IT) u Sandy’s Dream (IR)) fil-Klassi A.

Tlettax-il ziemel tat-trott huma wkoll mistennija jiddebuttaw f’dan it-tmiem il-gimgha, cioe’ Friendly Frazer (GER – klassi Bronze; skraccjat fil-passat) fil-Malta – Malmo Amateur race u z-zwiemel Francizi Oeillet Blanc, Olympus du Bouffey, Omega des Arpents, Opera du Pam, Orgeat, Orio de Marancourt u Oris du Lupin, kollha fil-heats tal-Prix de Cabourg – klassi Silver, Neptune Vinoir, Niky du Donjon u Oh L’Amoroso, kollha fil-heats tal-Prix d’Enghien – klassi Gold, u Mentor de l’Iton u Mystere d’Urfist it-tnejn fil-heats tal-Prix de Vincennes – klassi Premier.

L-ahhar laqghat
Fost il-punti ewlenin ta’ tmiem il-gimgha li ghadda, rajna l-International Ladies’ Challenge race fuq 2,140m li fiha hadu sehem sewwieqa nisa mill-Finlandja, Norvegja, Svezja u Malta. Din kienet akkumpanjata minn sfond attraenti li kien jinkludi d-daqq tal-innijiet nazzjonali tal-pajjizi partecipanti, prezentazzjoni ta’ tifkiriet tal-okkazjoni lis-sewwieqa li ppartecipaw u aspetti interessanti ohra.

It-tigrija nnifisha kienet triomf ghas-sewwieqa Svedizi li kisbu l-ewwel erba’ postijiet. Ir-rebha marret b’margni tajjeb ghal Nympheta de Bisoir misjuqa mis-sewwieqa Svediza Louise Medelberg, quddiem Lady June (Carina Skold), Above Roland (Elin Gustavsson) u The Womaniser (Anna-Karin Rundqvist).

Kellna wkoll ir-ritorn ghat-tigrija – u ghar-rebh - ta’ In Vitro du Bourg – wara xi xhur ta’ mistrieh. Huwa ta dimostrazzjoni ohra ta’ giri mill-aqwa biex irregistra it-32 rebha fil-karriera tieghu f’Malta fl-aqwa hin ta’ l-istagun s’issa fuq id-distanza ta’ 3,140m, ta’ 1’17’5 fil-kilometru – rizultat iehor eccellenti ghal dan iz-ziemel. Warajh spiccaw Isolated, Kakisis u Wiss Night Hawk, li kollha rregistraw hin iehor tajjeb ta’ 1’17’8 fil-kilometru f’din it-tigrija tal-klassi Premier.

It-tigrija l-ohra tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 3,140m rat lil Milord Barbes jiehu l-kmand kmieni fit-tigrija u jzommu sa l-ahhar biex jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta ukoll f’hin ta’ 1’17’8 fil-kilometru, quddiem Lovely Mab, Gentle Way u Energy Launcher.

Rajna wkoll tlett tigrijiet interessanti tal-klassi Gold, li rrizultaw f’rebhiet ghal Kingpin La Marc, Lucky des Bristants u Major de la Vronde.

Finalment, fi tmiem il-gimgha li ghadda, ir-rapprezentanti taghna fil-kampjonati tal-Mediterranean Horse Racing Union is-sewwieq Charlo Debono (fl-Italja) u Ramon Grima (fil-Marokk) kienu verament sfortunati f’din it-tappa.

Charlo kien qed isuq “outsider” u ma spiccax ma’ ta’ quddiem fit-tigrija tieghu. Min-naha l-ohra, iz-ziemel li kellu jirkeb Ramon gie rtirat mit-tigrija; b’hekk Ramon gie mcahhad mill-opportunita’ li jippartecipa fiha u Malta giet imcahhda mill-possibilita’ li takkwista punti prezzjuzi; tassew dizappunt kbir!

Qraba famuzi
It-32 rebha f’Malta ta’ In Vitro du Bourg, rebbieh tat-Tazza l-Kbira ghall-2010 fakkritni f’artiklu interessanti miktub minn Mike Orland madwar sentejn ilu meta dan iz-ziemel kiseb ir-rekord ghall-premjijiet ta’ flus mirbuha f’Malta.

L-artiklu semma li oht In Vitro du Bourg min-naha ta’ missierha hija d-debba popolari Nuit Torride, li s’issa rebhet madwar Euro825,000 fi Franza, it-tnejn huma wlied l-istalljun Franciz Bolero du Coq.

James de l’Iton, rebbieh iehor tat-Tazza l-Kbira (2008 u 2009), huwa n-neputi taz-ziemel Franciz famuz General du Lupin, rebbieh ta’ madwar Euro2.5 miljuni fi premjijiet ta’ flus u diversi titli prestigjuzi. Fil-fatt, Angie Vera, omm James de l’Iton, u General du Lupin huma t-tnejn ulied l-istalljun Franciz Lutin d’Isigny.

Kakisis, ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena huwa z-ziju ta’ Quaker Jet, rebbieh ta’ aktar minn Euro1.2 miljuni fi premjijiet ta’ flus u hafna tigrijiet prestigjuzi. Dahir de Prelong, missier Kakisis, ipproduca anki lil Jenny Jet, omm Quaker Jet.

U dan huwa l-kaz ukoll ta’ hafna zwiemel ohra li qed itellqu f’Malta, irrispettivament mill-pajjiz tal-origini taghhom. Ghalhekk, per ezempju, fost l-ohrajn, zwiemel bhal Arnie Sensation (SE), Crane Beach (GER), Niro (NO) (li kollha grew fostna din is-sena) u ohrajn, huma wlied l-istalljun Amerikan Super Arnie, li pproduca anki liz-ziemel Svediz Gigant Neo li rebah il-Prix d’Amerique ta’ l-2006.

U dawn huma biss xi ezempji li qed nipprezentaw biss bl-iskop li naghmlu l-punt, b’hafna miz-zwiemel taghna jkollhom zwiemel famuzi mad-dinja kollha fost il-qraba taghhom. Ghalkemm dawn mhux bilfors ikunu tal-istess livell tal-qraba taghhom aktar famuzi, taghrif fuq il-pedigrees taghhom jippermettilna li napprezzaw il-provenjenza nobbli taz-zwiemel taghna u li nisperaw li jkunu wirtu karatteristici rebbieha bhal ta’ qrabathom.

Niehu din l-opportunita’ biex nirringrazzja lis-Sur Nicholas Farrugia, tassew enciklopedija fuq it-tigrijiet tat-trott, ghall-gwida ferm siewja tieghu u talli bil-pacenzja kollha jipprovdi nformazzjoni tassew utli li tippermettielna li niktbu siltiet bhal dawn.

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.