Thursday 25th August 2022
Noel Baldacchino fit-2 Tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran


Is-sewwieq Malti Noel Baldacchino akkumpanjat mill-Viċi President ta’ EquestriMalta u l-Malta Racing Club Edwin Borg bħalissa jinsabu fi Franza hekk kif il-Ġimgħa filgħaxija Baldacchino se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżna fit-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran u l-Baħar l-Iswed.


 


Noel Baldacchino għandu esperjenza vasta fil-qasam internazzjonali tat-tiġrijiet taż-żwiemel fejn infakkru li fl-2017 kien anke irnexxielu jirbaħ tiġrija fil-korsa ta’ Trois Rivieres il-Kanada bħala parti mill-kampjonat dinji għal sewwieqa professjonali.


 


Baldacchino flimkien ma’ sewwieqa mill-Italja, Franza, Serbja u Rumanija se jkun qed jieħu sehem fil-Prix de la Mediterranee li hija l-5 tiġrija tal-programm ta’ Cagnes-sur-Mer u tibda fit-8:30pm. Huwa se jitlaq bin-numru 3 Guccia debba ta’ 6 snin ittrenjata u propjetà ta’ Jean Charles Feron. Skont it-tbassir tal-Equidia din għandha tkun waħda mill-favoriti għar-rebħ wara li fl-aħħar tiġrija spiċċat fit-2 post.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


 


MRC/11/22