Il-Kunsill tal-Malta Racing Club jifraħ lis-sewwieq Rodney Gatt li nhar il-Ħadd 21 t'Ottubru sar l-aktar sewwieq li qatt rebaħ tiġrijiet fi staġun wieħed.
Permezz taż-żiemel M.R.Hungry Eyes fl-44 meeting ta' l-istaġun huwa laħaq it-80 rebħa li kienet iċ-ċifra li kienu rreġistraw Charles Degiorgio fl-istaġun 2002/03 u Noel Baldacchino fl-istaġun 2016.
Kien propju biż-żiemel M.R.Hungry Eyes li ssupera dan it-total u żied rebħa oħra eżatt wara b'Okay dei Ronchi sabiex għamilhom 82.
Meta għad baqa diversi meetings għall-aħħar ta' l-istaġun wieħed qed jassumi li dan ir-rekord ikompli jikber.