Friday 28th October 2011
Is-47 u t-48 laqgha tal-istagun 2011 – it-28 t’Ottubru u t-30 t’ Ottubru

minn Magnat

Zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha; laqgha nhar il-Gimgha (28 t’ Ottubru) u ohra l-Hadd (30 t’ Ottubru).

Il-laqgha tal-Gimgha tibda’ fis-6.45pm u tinkludi 8 tigrijiet, filwaqt li dik tal-Hadd tibda’ fis-1.30pm u ghandha 9 tigrijiet. Kollha huma riservati ghaz-zwiemel tat-trott fuq distanzi li jvarjaw bejn 2,140m u 2,640m.

L-attrazzjoni principali ta’ tmiem il-gimgha hija l-finali tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels li tinzamm nhar il-Hadd. Ghandna ghaxar zwiemel miktuba, hamsa Francizi u hamsa Svedizi, f’etajiet ta’ bejn 7 u 12-il sena, li kollha ghaddew minn zewg fazijiet ta’ kwalifikazzjoni iebsa. Bhall-finali kollha minn dan il-kampjonat, id-distanza tat-tigrija hija 2,140m.

Il-lista taz-zwiemel kollha hija kif gej: Key Value, Lou Petiot, Lipouz Lesmelchen, Norman d’Avril, Mentor de l’Iton, Carnegie Hall, Nabab des Corvees, Flash Coger, Livi Cantona u Oscarina.

Il-laqgha tal-Hadd tinkludi wkoll zewg finali ohra tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels, dawk riservati ghall-klassijiet Gold u Bronze.

Il-finali tal-klassi Gold tinkludi tnax-il ziemel gejjin mid-Danimarka, Franza, il-Germanja, l-Olanda u l-iSvezja, u li fihom tahlita interessanti ta’ zwiemel tat-trott li ilhom fostna, cioe’ Magnifique Sablias, Maitre de Bannes, Loustic d’Anjou, Ludo de Bellande u Lucky Fan u zwiemel relattivament godda li huma Neptune Carisaie, Lacoste I.T., Orlando Tejy, Beckham Bob, Naja In Blue, Wim u Touch The Diamond.

Il-finali ghall-klassijiet Copper u Silver se jinzammu l-Gimgha, meta ghandu jkollna wkoll tigrija internazzjonali ta’ hbierija bejn sewwieqa Maltin u Svedizi fuq distanza ta’ 2,140m; opportunita’ ohra ghas-sewwieqa taghna li jkunu esposti ghal kompetizzjoni internazzjonali.

Il-laqgha tal-Gimgha se tinkludi wkoll tigrija ferm ibbilancjata tal-klassi Premier fuq 2,640m, li tinkludi lista shiha ta’ sittax-il ziemel registrat. Din tara numru ta’ rebbieha ta’ Kampjonati bhar-rebbieh tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena Kakisis, ir-rebbieh tal-finali tal-Klassi Premier fil-Festival Ekwestriju Mon Daniel, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes ta’ Gunju 2010 Madis Boy, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes ta' Gunju 2011 Master Perrine, rebbieh tal-passat tal-Tazza VOB Arnie Sensation u hafna zwiemel tat-trott interessanti ohra.

Zewg zwiemel godda huma wkoll mistennija jiddebuttaw, cioe’ Abzolute Pepper (SE) fil-klassi Bronze u Knockout Molar (DK) fil-klassi Gold.

Minghajr dubju, dawn huma zewg laqghat varjati li se jaraw dan l-isport jilhaq il-qofol tieghu fil-harifa ...

L-ahhar laqgha

Wara x-xita li kellna s-Sibt, it-temp kien hanin mad-dilettanti tat-tigrijet taz-zwiemel u l-laqgha tal-Hadd inzammet f’temp pjacevoli.

L-attrazzjonijiet principali tal-programm ta’ disa’ tigrijiet kienu zewg semi-finali mill-Exotique Challenge Cup ghaz-zwiemel tal-galopp fuq distanza twila ta’ 2,250m. L-ewwel semi-finali intrebhet minn Kimberley Downs li madwar nofs dawra mit-tmiem attakka lill-mexxej tat-tigrija sa dak il-hin Friarscourt, u zamm pass b’sahhtu biex spicca jirbah b’distakk komdu miz-zwiemel l-ohra li ghaddew ghall-finali Wildnis, Friarscourt u Ollie Fliptrik.

Cheeky Jack iddomina t-tieni semi-finali mill-bidu sat-tmiem biex rebah b’sahhtu minghajr ma qatt gie ddisturbat. Iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw kienu Prince Yarraman, Genievre u d-debuttant Lite North Wind.

It-tigrija tal-klassi Premier rat lil Niky du Donjon jiehu t-tielet rebha stagjonali tieghu meta wettaq attakk eccellenti madwar 500 metru mit-tmiem biex spicca jirbah b’iktar minn tul minn Lascar Beaujolais, Dialect Af Prinfo u Noble d’Ete, f’hin tajjeb ta’ 1’16’8 fil-kilometru fuq 2,640m.

L-istess hin gie rregistrat mir-rebbieh tat-tigrija tal-klassi Gold Night Inlet li ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta grazzi ghal sprint qawwi matul id-dritta finali li wasslu ghar-rebha minn No Comprendo, Kingpin La Marc u Matador Knick.

It-tigrija l-ohra tal-klassi Gold rat lil Kejser Flamingo wkoll jiehu l-kmand fl-ahhar ftit mijiet ta’ metri biex ha l-ewwel rebha stagjonali tieghu minn Quick Cape, L’An Deux Milles u Count of Life.

It-rebbieha l-ohra tal-gurnata kienu Pajarito Nada u Opimus fil-klassi Bronze u Norton de Gaia u Master Lupin fil-klassi Silver.

Ta’ min wiehed jinnota wkoll li minn seba’ tigrijiet tat-trott, tlieta mir-rebbieha gew misjuqa minn Rodney Gatt li wkoll irnexxielu jiehu t-tieni post b’ziemel iehor.

Jiem il-Finali
Ghalkemm ili nsegwi t-tigrijiet taz-zwiemel ghal ghaxriet ta’ snin Jiem il-Finali jibqghu dejjem jaffaxxinawni. Sew jekk huma tigrijiet tat-trott kif ukoll tigrijiet tal-galopp, fi kwalunkwe klassi li tkun, irrispettivament mid-distanza, il-finali huma specjali.

Tista’ tkun il-korsa li hija mzejjna ghall-okkazjoni, l-ispettaturi numeruzi, il-hsieb li z-zwiemel gew ippreparati b’mod specifiku ghal dan il-jum, dawn l-affarijiet u ohrajn jaghmlu Jiem il-Finali differenti minn laqghat ta’ tigrijiet ohra.

F’Malta l-ghazla taz-zwiemel biex jippartecipaw fil-finali ma ssirx permezz ta’ nvit, izda hija bbazata fuq il-kwalifika taz-zwiemel minn wahda jew aktar fazijiet ta’ heats bil-ghan li jizguraw li l-finali tinkludi l-aktar zwiemel f’forma tajba fil-kategorija partikolari.

Intervisti qabel it-tigrija ma’ sidien u sewwieqa hafna drabi jwasslu biss ghal kumment qasir li “Iz-zwiemel li qed jiehdu sehem huma kollha tajbin”, u probabbli dan huwa minnu ghax li kieku ma kienx hekk ma kienux jaslu sal-finali.

Hemm sens qawwi ta’ herqa u ansjeta’ fost is-sidien, trainers u sewwieqa li jafu li l-prepazzjonijiet kollha taghhom kienu mmirati ghal din il-gurnata, ghal din it-tigrija, u jixtiequ it-trofew li qed jistenna lir-rebbieh. Iz-zwiemel li qed jiehdu sehem probabbli qed ihossu l-istess affarijiet, u jidhru li jafu li waslu biex jippartecipaw f’impenn importanti.

Hemm favoriti u “outsiders” izda meta l-karozza tat-tluq taghlaq gwinhajha kollha jibdew mill-bidu, konxji li huma biss dawk iz-zewg jew tlett minuti tat-tigrija li se jiddeterminaw ir-rebbieh. Xejn iktar ma jghodd.

Zewg jew tlett minuti, izda kemm jistghu jigru affarijiet fihom! Hadd ma jista’ jbassar il-mod kif tizviluppa tigrija, jekk ziemel isibx ftuh tajjeb fil-hin propizju jew jibqa’ maqbud gol-qatta, jekk is-sewwieq hux se jikkalkula l-hin tal-attakk tieghu b’mod perfett, jekk ziemel jibdilx il-pass taht pressjoni u elf possibbilita’ ohra li tista’ tigri.

Ziemel wiehed biss jidhol fiz-zona riservata ghar-rebbieha flimkien mas-segwaci tieghu, persuna wahda tgholli t-trofew fil-briju tal-folla u tiehu r-ritratt tar-rebbieh li se jitwahhal fl-istalel taghha ghas-snin li gejjin. Ikun xi jkun ir-rizultat pero’, li tasal sal-finali huwa success fih innifsu, hija gurnata ta’ soddisfazzjon ghall-partecipanti kollha, bhala turija xierqa tal-kwalita’ taz-ziemel partikolari, li kellu jxejjen l-isfida ta’ zwiemel ohra ta’ kalibru sabiex jasal ghal dak l-appuntament.

L-isbah xewqat lill-partecipanti kollha u jalla kull finali tkun ikkaratterizzata minn sens qawwi ta’ sportivita’.

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat mill-aqwa fi tmiem din il-gimgha.