Wednesday 9th March 2011
Il-11 -il laqgha tal-istagun 2011 – it-13 ta’ Marzu

minn Magnat

Il-hdax -il laqgha tal-istagun se tinzamm nhar il-Hadd 13 ta’ Marzu mis-1.30pm ‘il quddiem. Huwa programm twil iehor ta’ hdax-il tigrija, kollha tat-trott fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m.

Din il-laqgha hija ddominata minn erba’ kwarti-finali bbilancjati mit-Tazza l-Kbira li fiha 43 ziemel b’kollox, b’etajiet li jvarjaw bejn sitt snin u hmistax-il sena, u mwieldin l-aktar fi Franza u l-iSvezja flimkien ma’ rapprezentant mid-Danimarka u l-Finlandja rispettivament huma mistennija li jikkompetu ghal 24 post fis-semi-finali.

Kull wahda minn dawn it-tigrijiet tinkludi diversi zwiemel tal-klassi Premier li ghandhom aktar minn 520 punt, bhal Lou Petiot, Master Perrine u Affe Fager fl-ewwel kwarti finali, James de l’Iton, Arnie Sensation, Liosco Atout u Major Chaleonnais fit-tieni, Kakisis, Isolated u Flash Coger fit-tielet, u Marathon Villers, Madis Boy, Wiss Night Hawk u Mon Daniel fl-ahhar wahda. Madankollu z-zwiemel l-ohra kollha huma ugwalment validi u dan il-kampjonat huwa wiehed li tradizzjonalment jirriserva s-sorprizi.

It-tigrija tal-klassi Gold ghandha lista shiha ta’ sittax-il ziemel registrati, li jinkludu lil Front u Kiton du Bouere li rebhu l-ahhar tigrija taghhom, Bankir Zon li rebah tnejn mill-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Energy Launcher li ha rebha u zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett tigrijiet, u Lutan Villetot li spicca t-tieni f’kull wahda mill-ahhar zewg hargiet tieghu.

Il-bqija tat-tigrijiet jikkonsistu fi tlieta ghall-klassi Silver, wahda ghall-klassi Bronze u tnejn ghal zwiemel tal-klassi Copper.

Erba' zwiemel tat-trott Francizi huma mistennija jiddebuttaw, cioe’ Napitano, Norfolk de Gouerie u Need a Chance fil-klassi Silver u Newton du Pic fil-klassi Gold.

L-ahhar laqgha

L-ahhar laqgha kienet ikkaratterizzata b’diversi debuttanti jidhlu bhala riservi. Barra minn dawk li kienu originarjament mistennija jiddebuttaw, dawn li gejjin ukoll bdew ghall-ewwel darba fostna: One Fouteau (FR) u Oural d’Asnois (FR) fil-klassi Silver, Jobie Lucky (SE), Novak (FR) u Nuage Somolli (FR) fil-klassi Gold u z-zwiemel tal-klassi Premier Max d’Avignere (FR), Mec de Freigne (FR) u Moment Present (FR).

Zewg zwiemel li ghaddew il-gister fl-ewwel post gew skwalifikati fil-klassi Premier u l-klassi Bronze rispettivament. Dan irrizulta f’Ker Pellois (Premier) jirregistra r-raba’ rebha mill-ahhar hames tigrijiet fl-aqwa hin tal-laqgha ta’ 1’17’7 fil-kilometru fuq 2,640m, segwit minn Mark de Chamant u Lover Boy Index, u Narcus du Roc (Bronze) jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta minn Ingo Moon u Naja du Tija.

L’An Deux Milles ha l-ewwel rebha stagjonali tieghu f’tigrija missielta tal-klassi Gold, mill-isfidanti ewlenin tieghu l-veteran Intrus des Rioults u Maestro d’Eloges, filwaqt li Larissa du Breil rregistrat it-tielet rebha minn erba’ tigrijet fil-klassi Bronze wara sfida iebsa minn Jet u Ballad Ribb.

Vasterbo Breezy (klassi Copper), Mattahari (klassi Bronze), Magnifique Sablais (klassi Silver) u Newman D.K. (klassi Silver) kollha rregistraw l-ewwel rebha taghhom f’Malta, bil-bqija tat-tigrijiet jintrebhu minn Pondus Sund (it-tieni rebha konsekuttiva – klassi Copper) u Napol de Mai (klassi Bronze).

Fit-tigrija tal-klassi A tal-galopp fuq 1,250m, il-favorit Tarruji rebah it-tieni tigrija konsekuttiva tieghu b’distakk imdaqqas mid-debuttanta Adorabile Med u Virginia Med.

It-Tazza l-Kbira

Bl-Ingliz tigi tradotta bhala “The Big Cup” izda hija maghrufa esklussivament bl-isem Malti taghha, It-Tazza l-Kbira. Huwa probabbilment l-iktar kampjonat prestigjuz fil-qasam tat-tigrijiet tat-trott f’Malta, miftuha ghal zwiemel tal-klassijiet kollha (izda fil-prattika z-zwiemel miktuba jigu mill-aqwa klassijiet) irrispettivament mill-pajjiz tal-origini taghhom.

Dan il-kampjonat jmur lura sal-1934 meta l-ewwel edizzjoni intrebhet miz-ziemel Franciz Frise Poulet, fost certu sens ta’ dizappunt ghal numru ta’ partecipanti skraccjati.

Jingera tradizzjonalment fuq distanza pjuttost twila, bhalissa 2,640m izda fil-passat anki 2,700m u madwar 2,800m (hlief ghall-edizzjonijiet tal-2008 u 2009 meta d-distanza kienet wahda qasira ta’ 2,140m), kien fil-bidu jingera’ fuq sistema bil-vantagg li probabbli kienet tpoggi fi zvantagg lill-aqwa zwiemel li kienu qed jikkompetu.

Madankollu fl-1971 is-sistema nbidlet ghal wahda ta’ “scratch races” li jingrew fuq bazi ta’ heats (bhalissa tlett settijiet ta’ fazijiet ta’ kwalifikazzjoni) f’sistema ta’ knock-out. Il-finali tinzamm fir-rebbiegha, bejn Marzu u Gunju (f’Marzu – April, mill-2008).

Ghalkemm dan il-kampjonat beda kwazi 80 sena ilu, kien hemm numru ta’ snin li fihom ma nzammx ghal raguni jew ohra. Ghalhekk, bejn l-1941 u l-1946, ma giex organizzat minhabba t-tieni Gwerra Dinjija, u mbaghad gie sospiz ghal hafna mis-snin bejn nofs is-snin tmenin u l-2007, ghal varjeta’ ta’ ragunijiet (ez. minhabba glied u kontroversja fil-korsa, telf fil-popolarita’ ecc) u gie sostitwit minn kampjonati ohra.

Rega’ gie introdott bil-prestigju tieghu kollu fl-2008 u bil-kwarti finali, issa qed nidhlu fl-aktar fazijiet interessanti tal-kompetizzjoni ta’ din is-sena.

Nawgurawlkom ilkoll laqgha eccitanti ohra nhar il-Hadd li gej.