Monday 29th March 2010
KAMPJONAT TAL-MEDITERRAN – IT-TAPPA TA’ MALTA GĦAT-TIENI SENA KONSEKUTTIVA

Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Malta Racing Club ser ikun qed jorganizza t-tappa ta’ Malta tal-Kampjonat tal-Mediterran nhar l-Erbgħa 31 ta’ Marzu 2010. Dan il-kampjonat tal-Mediterranean Horse Racing Union ser jinkludi t-tieni leg ta’ dan il-kampjonat għaż-żwiemel tal-galopp kif ukoll l-ewwel leg tal-kampjonat tat-trott. Dawn it-tiġrijiet ser ikunu parti mill-programm ta’ 9 tiġrijiet, 8 tat-trott u waħda tal-galopp. Il-program ser jibda’ fis-1400hrs. Dan l-avveniment minbarra l-programm tat-tiġrijiet jinkludi spettaklu b’żeffiena u kant tradizzjonali, parata bi xrieret tradizzjonali u għadd ta’ attivitajiet oħra.

Dr. Matthew Brincat qal li dan l-avveniment anwali m’huwiex biss immirat għad-dilettanti taż-żwiemel iżda għall-poplu Malti u Għawdxi kollu fejn qed jiġi imsejjaħ biex jagħti s-support tiegħu lill-jockey Michael Sultana li s-sena li għaddiet kien l-aqwa jockey tal-kampjonat Malti 2009 u lis-sewwieq veteran Malti Frances Cassar.

Tnax-il pajjiż ser ikunu qed jipparteċipaw fl-avveniment ta’ nhar l-Erbgħa, festa pubblika li huma Ċipru, Franza, Greċja, Iżrael, l-Italja, il-Marokk, is-serbja, is-Slovenja, Spanja, it-Tuneżija, l-Ukranja u Malta.

Il-5 tiġrija ser tkun il-‘Johnny Walker Cup’, u ser jieħdu sehem 8 pajjiżi parteċipanti. It-tappa ta’ Malta ser taħbat it-tieni tappa ta’ dan il-kampjonat.

Il-poloz għal din it-tiġrija telgħu b’dan il-mod;
Numru Isem iż-Żiemel Pajjiż Jockey
1 Lordswood - (IR) - G/6yrs Cipru Christoforos Christoforou
2 Docklands Brian - (EN) - G/9yrs Italja Alessandro Muzzi
3 No Telling - (US) - M/4yrs Franza Jean Michel Sanchez
4 Minnow - (GB) - M/6yrs Malta Michael Sultana
5 Etoile du Pic - (FR) - M/8yrs Greċja Mihalis Tsirigotis
6 Laparisienne - (FR) - M/4yrs Iżrajel Ofir Ben David
7 Maria La Perfida - (IR) - M/5yrs Morokk Ahmed Lakjal

Din it-tiġrija tibda 15:50Hrs.
Ir-4 u s-7 tiġrija ser ikunu parti mill-kampjonat għaż-żwiemel tat-trott. Dawn it-tiġrijiet ser jagħmlu parti mill-ewwel leg ta’ dan il-kampjonat. Il-poloz tar-4 tiġrija li ser tkun għaż-żwiemel ta’ klassi Fidda huma:

Numru Isem iż-Żiemel Pajjiż Sewwieq
1 Stonecreek - (SE) - G/8yrs Ukranja Olga Bondar
2 Black Guy - (SE) - G/13yrs Franza Jean Paul Fasquelle
3 Jaguar de France - (FR) - G/13yrs Italja Attilio Golia
4 Mambo de Chrismi - (FR) - G/10yrs Malta Frances Cassar
5 Lex Wall - (SE) - G/9yrs Serbja Ivan Vukov
6 O'Haras Arrow - (SE) - G/14yrs Slovenja Ales Pavsic
7 Lawrence Crown - (FR) - G/11yrs Spainja Mateo Riera Bennassar
8 Prince Brilliance - (SE) - G/9yrs Russja Sergei Sablin

Din it-tiġrija tibda fil-15:20Hrs.

Il-poloz tas-7 tiġrija li ser tkun miftuħa għaż-żwiemel tal-klassi Deheb huma hekk:
Numru Isem iż-Żiemel Pajjiż Sewwieq
1 Ne Va Joe Brennois - (FR) - G/9yrs Slovenja Ales Pavsic
2 Nasdaq du Closet - (FR) - G/9yrs Russja Sergei Sablin
3 Loufouque Dairie - (FR) - G/11yrs Serbja Ivan Vukov
4 Red Baron - (BE) - G/11yrs Franza Jean Paul Fasquelle
5 Kaki de Peyrahout - (FR) – S/12yrs Ukranja Olga Bondar
6 Bodrero - (IT) - S/12yrs Italja Attilio Golia
7 Mimile du Hamet - (FR) - G/10yrs Spainja Mateo Riera Bennassar
8 Matador Knick - (SE) - G/7yrs Malta Frances Cassar
Din it-tiġrija tibda fl-16:40Hrs

Dr. Matthew Brincat, iċ-chairman tal-Malta Racing Club, laqgħa lid-delegati, ġerreja u jockeys li ser ikunu qed jieħdu sehem fit-tappa ta’ Malta. Huwa kompla li huwa jħossu kburi li l-Malta Racing Club qed jerġa jorganizza dan l-avveniment hekk prestiġjuż għat-tieni sena konsekuttiva u qal li l-klabb ser ikompli jaħdem biex dan l-avveiment jerġa jiġi organizzat f’pajjiżna filwaqt li Malta tkompli tieħu sehem fil-kumplament tat-tappep f’pajjiżi oħra.

Dr. Brincat qal li avvenimenti bħal dawn jagħtu opprtunità lis-sewwieqa u jockeys Maltin biex jimirħu l-esperjenza tagħhom u l-Malta Racing Club huwa impenjat li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi barranin għall-ġid ta’ dan l-isport f’Malta.

Il-program kollu jinsab fuq is-sit eletroniku tal-Malta Racing Club www.maltaracingclub.com.