Friday 4th March 2011
L-10 laqgha tal-istagun 2011 – is-6 ta’ Marzu

minn Magnat

L-ghaxar laqgha tal-istagun se tinzamm nhar il-Hadd 6 ta’ Marzu mis-1.30pm ‘il quddiem, programm twil ta’ hdax-il tigrija, ghaxra ghal zwiemel tat-trott u l-ohra ghal zwiemel tal-galopp. It-tigrijiet tat-trott se jkunu fuq distanza pjuttost twila ta’ 2,640m bit-tigrija tal-galopp tkun wahda qasira fuq 1,250m.

It-tigrijiet tat-trott jinqasmu kif gej: tnejn ghall-klassi Copper, erbgha ghal zwiemel tal-klassi Bronze, tnejn ghall-klassi Silver u wahda ghal kull wahda mill-klassijiet Gold u Premier, bil-laqgha tkun ikkaratterizzata min-numru kbir ta’ zwiemel li se jiehdu sehem f’kull tigrija.

Ghalkemm dawn it-tigrijiet ma jiffurmaw parti mill-ebda kampjonat, ghandna diversi tigrijiet ibbilancjati fil-programm. Ghaldaqstant, it-tigrija tal-klassi Premier ghandha lista ta’ sittax-il ziemel denji ta’ finali, li tara fost l-ohrajn ir-ritorn tal-ex-rebbieh tal-Prix de Vincennes Joker de Choisel wara nuqqas ghal perjodu pjuttost twil, u zwiemel ohra popolari bhal Muflier des Fleurs, Ker Pellois, Le Bon Mayennais, Bello Fratello u diversi ohrajn.

It-tigrija tal-klassi Gold ukoll ghandha sittax-il participant registrati fiha, inkluz numru li recentement kienu fil-klassi Premier u li jigu promossi b’rebha jew f’xi kazijiet anki bi pjazzament tajjeb; fost l-ohrajn Kojak d’Isques, Milano du Gite, Max Galbe, Carnegie Hall u My Red Force. Zewg zwiemel tat-trott Francizi huma mistennija jiddebuttaw, cioe’ Rainer du Vernay fil-klassi Copper u Owens Kin fil-klassi Silver.

It-tigrija tal-galopp hija ghal zwiemel tal-klassi A b’lista shiha ohra ta’ tmienja. Tinkludi zwiemel imweldin fl-Irlanda, il-Gran Brittanja, Franza u r-Repubblika Ceka, debuttant Irlandiz (Adorabile Med – li kien gie skraccjat l-ahhar darba) u b’xi whud (ez. Tarruji u Salsiane) gejjin minn hargiet pozittivi recentement.

L-ahhar laqghat
Kellhom jinzammu laqghat tat-tigrijiet kemm is-Sibt kif ukoll il-Hadd li ghaddew. Sfortunatament, il-programm tas-Sibt kellu jitwaqqaf wara t-tielet tigrija minhabba kundizzjonijiet hziena tat-temp, bil-kumplament tat-tigrijiet jinzammu l-Hadd.

L-attenzjoni ta’ tmiem il-gimgha kienet iffukata fuq it-tmien heats tat-Tazza l-Kbira, b’sitt zwiemel minn kull heat jikkwalifikaw ghall-kwarti finali. Fl-ewwel heat, Arnie Sensation kien fuq quddiem matul it-tigrija kollha biex spicca l-ewwel qabel Mint Spirit u Kalipso Pierji. Imbaghad Magnific As ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta meta mar quddiem fid-dritta finali u gheleb lil Isolated u Glory Cowboyland.

Fit-tielet heat, il-photo-finish ta t-tieni rebha konsekuttiva lil Major Chaleonnais fl-aqwa hin (1’15’6 fil-kilometru) fuq distanza ta’ 2,640m sa minn meta ntemmu x-xogholijiet estensivi fuq il-korsa f’Novembru 2009. Flash Coger spicca fil-qrib fit-tieni post u Malin Roro spicca t-tielet.

Liosco Atout irnexxielu jeghleb l-isfida tal-veteran James de l’Iton biex rebah ir-raba’ heat, bid-debuttant Marquis Penalan jispicca fit-tielet post. Il-heat ta’ wara gie ddominat minn debuttant iehor Magic de Assigny, izda dan iz-ziemel gie skwalifikat, bir-rebha tmur ghal Wiss Night Hawk (l-ewwel rebha tieghu f’Malta), minn Affe Fager u Lonshults Anders.

Mon Daniel gie b’sahhtu fl-ahhar fazijiet tas-sitt heat biex ukoll ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta minn Key Value u Kain Poifond filwaqt li wara, Livi Cantona rregistra ir-raba’ rebha tieghu mill-ahhar sitt tigrijiet, meta gheleb lid-debuttanta Svediza Keeping Quality u Madis Boy. Finalment, Marathon Villers, debuttant iehor, rebah l-ahhar heat mill-isfidanti l-aktar qrib Count of Life u Neo de Mira.

Fil-kumplament tal-programmi, it-tigrijiet tal-klassi Copper intrebhu minn Jeo de Touvois, Pondus Sund u Luriga Liz, it-tigrijiet tal-klassi Bronze kellhom bhala rebbieha lil Tintin Haleryd u Divinis, filwaqt li t-tigrijiet tal-klassi Silver intrebhu minn New Sun, King Boy du Dane u Lotus du Goth.

Wara l-kwinti
Il-programm tas-Sibt jibda’ taht sema iswed, xita u temperaturi ferm baxxi. It-tama ta’ kulhadd hija li t-temp jitjieb bizzejjed biex jippermetti l-laqgha tkompli b’mod normali, imma s-shab jidhru determinati li jitfghu kull qatra ilma possibbli fuq il-korsa!

Mat-tieni tigrija, ic-Chairman, membri tal-Kunsill, rapprezentanti tal-gerrejja u l-iStewards huma bic-car inkwetati fuq jekk il-kundizzjonijiet tal-korsa humiex xierqa ghat-tigrijiet jew le, u fuq jekk it-tkomplija tal-programm tistax tikkawza riskji ghas-sigurta’ taz-zwiemel u s-sewwieqa.

Huma mitlufin fid-diskussjoni fuq jekk ikunx ahjar li l-programm jitkompla jew li l-kumplament tat-tigrijiet jigu posposti. Xi jkunu l-implikazzjonijiet ta’ postponiment, l-aktar rigward il-heats tat-Tazza l-Kbira, u x’kundizzjonijiet tat-temp huma probabbli li jkollna l-ghada?

Bejn it-tieni u t-tielet tigrija, f’xita qalila, delegazzjoni mill-Kunsill immexxija mic-Chairman jaqbdu t-triq lejn il-paddock minn go ghadajjar tal-ilma, biex ikollhom diskussjoni libera mas-sewwieqa. Isegwu t-tielet tigrija minn hemm waqt li jizhnu l-kundizzjoni tal-korsa matul it-tigrija. Wara, id-delegazzjoni terga’ tikkonsulta s-sewwieqa, bil-bicca l-kbira taghhom ikunu bic-car favur postponiment tat-tigrijiet.

Jinstemghu opinjonijiet diversi meta d-diskussjoni tkompli bejn il-membri tal-Kunsill u l-iStewards wara t-tigrija, izda d-decizjoni hija unanima li l-ebda kompromess m’ghandu qatt isir mas-sigurta’ tas-sewwieqa u z-zwiemel u ghalhekk, minkejja l-ispiza u l-implikazzjonijiet amministrattivi involuti, il-kumplament tat-tigrijiet ghandhom jigu posposti ghall-laqgha tal-Hadd.

L-ispettaturi li kienu sfidaw il-kundizzjonijiet harxa tat-temp jghagglu biex jaslu sal-mezzi tat-trasport taghhom biex jistkennu mix-xita u l-kesha. Il-membri tal-Kunsill jisperaw li l-ghada jkun hemm kundizzjonijiet tat-temp aktar xierqa, izda huma certi li d-decizjoni, mehuda wara konsultazzjonijiet wiesa bejniethom, l-iStewards u s-sewwieqa, hija dik xierqa.

Nawgurawlkom ilkoll laqgha interessanti ohra nhar il-Hadd li gej.