Thursday 24th February 2011
It-8 u d-9 laqghat tal-istagun 2011 – is-26 u s-27 ta’ Frar

minn Magnat

Nhar is-Sibt (26) u l-Hadd (27) ta’ Frar se jsiru laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa li jibdew mis-1.30pm. Kull programm jinkludi tmien tigrijiet tat-trott.

Dawn iz-zewg laqghat se jkunu ddominati mill-heats tat-Tazza l-Kbira fuq distanza ta’ 2,640m. Din it-tazza prestigjuza u storika hija miftuha ghall-klassijiet kollha tat-trott imma l-84 ziemel registrati din is-sena gejjin esklussivament mill-klassijiet Premier u Gold u joriginaw minn xejn inqas minn tmien pajjizi differenti.

Se jkollna erba’ heats is-Sibt u erba’ ohra l-Hadd. Ghalkemm hemm xi assenzi important bhar-rebbieh tat-Tazza l-Kbira tas-sena l-ohra In Vitro du Bourg, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes ta’ Dicembru 2010 Mont Cenis Honey u r-rebbieh tal-kampjonat U*Bet Premier Think Yatzee, diversi zwiemel maghrufin huma mistennija jiehdu sehem, inkluz ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira ghal darbtejn James de l’Iton, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fil-kampjonat U*Bet Premier li nzamm ricentement Flash Coger, ir-rebbieh tat-Tazza Dragonara tas-sena l-ohra Kakisis, Lou Petiot, rebbieh tal-Grand Final li nzamm f’Jannar fl-MRC Festival, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes ta’ Gunju 2010 Madis Boy u hafna ohrajn. Sitt zwiemel minn kull heat jikkwalifikaw ghall-kwarti finali li ghandhom jinzammu fil-11 u t-13 ta’ Marzu.

Ghaxar zwiemel godda huma mistennija jiddebuttaw f’dawn il-heats: Le Bolide du Suret (FR) (li kien gie skraccjat darbtejn is-sena l-ohra), Slim Hanover (US), Super Qui (SE), Dream Leader (SE), Marquis Penalan (FR), Magic de Assigny (FR), Mark de Chamant (FR), Keeping Quality (SE), Natif de Salvi (FR) u Marathon Villers (FR).

Tnejn minn dawn ghandhom rebh barra minn Malta li jammonta ghal aktar mid-doppju tal-minimu necessarju biex jikkwalifikaw ghall-klassi Premier. Iz-ziemel ta’ hdax-il sena Magic de Assigny ghandu rebh ta’ flus ta’ Euro344,350, b’20 rebha u pjazzamenti numeruzi; fl-2010 rebah f’Cagnes-sur-Mer u Prunelli di Fium’Orbo u ghamel l-aqwa hin assolut tieghu ta’ 1’14’0 fil-kilometru f’Vincennes fuq 2,700m.

Iz-ziemel Svediz gdid ta’ ghaxar snin Super Qui ghandu rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,263,128, hmistax-il rebha u diversi pjazzamenti. L-aqwa tigrijiet tieghu matul l-ahhar sena jinkludu zewg pjazzamenti fit-tielet post f’Solvalla u l-aqwa hin assolut kongunt ta’ 1’13’5 fil-kilometru fuq distanza ta’ 1,640m, fil-korsa ta’ Romme.

Ghandu jkollna wkoll tmien tigrijiet “normali” tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2,140m, tlieta ghall-klassi Copper, tnejn ghall-klassi Bronze u t-tlieta l-ohra ghal zwiemel tal-klassi Silver. Erba’ zwiemel godda huma mistennija jiddebuttaw fil-klassi Silver, cioe’ Cross Country F.C. (SE), Nobel King (FR), Ocean Brillouard (FR) u Samuel Eme (SE). Jekk dawn kollha jiehdu sehem, in-numru totali ta’ debuttanti s’issa f’dan l-istagun jaqbez il-55.

L-ahhar laqgha
L-ahhar laqgha kienet ikkaratterizzata b’varjeta’ fl-ezitu tat-tigrijiet. Uncle Bertie, rebbieh tal-Coronation Cup ta’ Dicembru 2010 kiseb ir-raba’ rebha konsekuttiva tieghu fit-tigrija tal-galopp tal-klassi A, meta mar fuq quddiem fl-ahhar 500m u spicca b’mod komdu quddiem Ollie Fliptrik u d-debuttant Irlandiz Life Is Now.

Rajna tmiem ta’ tigrijiet kombattuti u eccitanti l-iktar fil-hames tigrija (klassi Silver) fejn kellna hames zwiemel jispiccaw f’linja dritta bil-photofinish jiddetermina r-rebbieh, cioe’ Niko de Chamant, minn Stainless Steel, Robin Grain u Kandy du Frutier. L-ahhar tigrija tal-klassi Silver dehret li ntrebhet b’mod komdu minn Mon Cheri izda dan iz-ziemel gie skalifikat, bl-unuri jmorru ghad-debuttant Front fl-aqwa hin tal-laqgha ta’ 1’16’9 fil-kilometru. Debuttant iehor, Ouragan de Valsoiz, mar quddiem fl-ahhar nofs dawra fit-tigrija tal-klassi Silver u rebah quddiem Mezio Josselyn, Master Lupin u Sweep The Floor. Noe de Loudat rebah b’distakk wiesa’ biex irregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta fil-klassi Bronze.

Ahbarijiet ohra
Sfortunatament tlieta mill-erba’ rizultati ta’ testijiet tad-doping li rcieva l-Malta Racing Club dan l-ahhar kienu posittivi. Filwaqt li nifirhu lis-sidien u trainers taz-ziemel li fil-konfront tieghu kien hemm rizultat negattiv nawguraw li aktar edukazzjoni, dixxiplina u inizjattivi rilevanti ohra jwasslu ghal persentagg ikbar ta’ rizultati negattivi ta’ testijiet tad-doping fil-futur.

Kampjonati
It-Tazza l-Kbira huwa t-tieni kampjonat li qed jinzamm ghal dan l-istagun wara t-tmiem tal-kampjonati tal-U*Bet ghal zwiemel tat-trott Svedizi. Wara, ghandhom jinzammu kampjonati ohra bhal dawk riservati ghal zwiemel li mhumiex Svedizi u lanqas Francizi, dawk ghal zwiemel tat-trott Francizi, il-Mediterranean Derby ghal zwiemel tal-galopp u diversi ohrajn.

Dawn il-kampjonati huma organizzati matul l-istagun kollu, ghal klassijiet diversi u fuq varjeta’ ta’ distanzi, b’mod li, kif jigru wkoll barra minn Malta, jippermetti lis-sidien u t-trainers taz-zwiemel li jaghzlu l-kampjonati li ghalihom jippreparaw iz-zwiemel taghhom.

Il-kampjonati kollha huma attraenti, spettakulari u jghaqqdu flimkien liz-zwiemel l-aktar kompettivi, imma dawk li ghandhom storja twila bhat-Tazza l-Kbira u l-Mediterranean Derby tipikament jikkostitwixxu attrazzjoni akbar minhabba t-tradizzjoni u l-memorji tal-edizzjonijiet tal-passat u z-zwiemel li ppartecipaw fihom. Ir-rebbieha tal-lum ikomplu din it-tradizzjoni prestigjuza.

Il-premjijiet ta’ flus huma ahjar minn dawk li jkollna f’tigrijiet “normali”. Sfortunatament ghalkemm kulhadd jixtieq li dawn jizdiedu aktar, l-ispejjez involuti fl-organizzazzjoni tat-tigrijiet, fil-manteniment tal-korsa u l-facilitajiet taghha u r-rizorsi limitati ta’ “sponsorships” jimponu restrizzjonijiet qawwija f’dan ir-rigward.

L-organizzazzjoni ta’ dawn il-kampjonati tirrikjedi sforz qawwi imma l-protagonisti veri huma z-zwiemel, is-sewwieqa u t-trainers taghhom. Fl-ahhar mill-ahhar huma jaghmlu dawn il-kampjonati success u joholqu l-kompetizzjoni qawwija li tikkaratterizzhom.

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.