Wednesday 9th February 2011
Il-5 u s-6 laqghat tal-istagun 2011 – l-10 u t-13 ta’ Frar

minn Magnat

Zewg laqghat ta’ tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu matul din il-gimgha fil-korsa tal-Marsa. L-ewwel wahda tinzamm nhar il-Hamis li gej, btala pubblika (festa tan- Nawfragju ta’ San Pawl) u t-tieni nhar il-Hadd 13 ta’ Frar. Iz-zewg laqghat jinkludu esklussivament tigrijiet tat-trott u jibdew fis-1.30pm, bil-laqgha tal-Hamis ikollha disa’ tigrijiet u tal-Hadd tmien tigrijiet.

Iz-zewg laqghat jinkludu finali mill-kampjonati U*Bet riservati ghal zwiemel tat-trott Svedizi, fuq 2,140m. Fil-laqgha tal-Hamis naraw il-finali ghall-klassijiet Copper, Bronze u Silver li fihom jiehdu sehem numru ta’ zwiemel estremament kompetittivi.

Per ezempju, il-finali tal-klassi Silver tinkludi diversi zwiemel li gejjin minn prestazzjonijiet eccellenti bhal Prince Brilliance, Matador Knick, Energy Launcher u l-ohrajn kollha.

Fil-laqgha ta’ nofs il-gimgha naraw ukoll tigrija tal-klassi Premier fuq 2,640m, li fiha 14–il ziemel mistennija jiehdu sehem, inkluz zwiemel popolari bhal Lou Petiot, rebbieh tal-Grand Final li nzammet fl-MRC Festival, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes ta’ Gunju Madis Boy, Liosco Atout u ohrajn.

Naraw ukoll 4 zwiemel Francizi godda ta’ hdax-il sena, Major Chaleonnais, Malin Roro, Mon Daniel u Master Perrine. Fosthom, dan ta’ l-ahhar ghandu l-oghla rebh ta’ flus barra minn Malta, cioe’ Euro392,360, b’sittax-il rebha u pjazzamenti numeruzi, u l-aqwa hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru; fl-2010 rebah f’Vincennes, Reims, La Croise’-Laroche u Enghien (1’14’2 fil-kilometru fuq 2,150m).

Il-kumplament tat-tigrijiet jinkludu wahda ghal kull klassi Copper, Bronze u Gold u tnejn ghall-klassi Silver li fihom mistennija jiddebuttaw zewg zwiemel tat-trott Francizi, cioe’ Nep u One for Jet.

Nhar il-Hadd se jkollna il-finali ghall-oghla zewg klassijiet. Tlettax-il ziemel huma registrati ghall-finali tal-klassi Premier, inkluz uhud mill-aqwa zwiemel Svedizi f’Malta, bhar-rebbieh tas-sena l-ohra Think Yatzee u zwiemel mill-aqwa ohra bhal Arnie Sensation, Isolated, Lucas Ness u ohrajn.

Din il-finali tinkludi wkoll id-debuttant ta’ ghaxar snin Wiss Night Hawk li ghandu rebh barra minn Malta ta’ SEK1,483,991, tlieta u ghoxrin rebha u diversi pjazzamenti, u l-aqwa hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru; l-aqwa tigrijiet tieghu ghall-2010 jinkludu tielet post fil-korsa ta’ Jagersro u hin ta’ 1’14’8 fil-kilometru fil-korsa ta’ Halmstad fuq distanza ta’ 2,140m.

Il-finali tal-klassi Gold tinkludi disa’ zwiemel, li uhud minnhom lahqu l-klassi Premier jew huma qrib taghha, cioe’ Gentle Way, Livi Cantona, Lover Boy Index u The Big Blue World, iz-ziemel Jigsaw, li ddebutta ricentement, kif ukoll ohrajn gejjin minn prestazzjonijiet pozittivi, Notice As (zewg rebhiet u pjazzament), Mint Spirit (zewg pjazzamenti fit-tieni post), Kosai L.J. u Tornado Hornline (zewg pjazzamenti fit-tielet post fl-ahhar tlett tigrijiet).

It-tigrijiet l-ohra jikkonsistu f’wahda ghal kull wahda mill-klassijiet Copper u Gold u tnejn ghal kull wahda mill-klassijiet Bronze u Silver. Zewg zwiemel Svedizi huma wkoll mistennija jiddebuttaw, cioe’ Catch and Smash (klassi Bronze) u Sweep The Floor (klassi Silver).

L-ahhar laqgha
L-ahhar laqgha kienet iddedikata ghal distanzi itwal ta’ 2,640m ghal zwiemel tat-trott u 1,750m ghal zwiemel tal-galopp.

Fit-tigrija tal-klassi Premier, iz-ziemel tat-trott Franciz ta’ tlettax-il sena Ker Pellois mar fuq quddiem fid-dritta finali u rregistra it-tielet rebha konsekuttiva tieghu minn Lucky Fan, id-debuttant Bill Boing u Kamis de l’Eveche.

L-aqwa hin tal-laqgha ta’ 1’17’5 fil-kilometru gie rregistrat fil-klassi Gold miz-ziemel Franciz ta’ tnax-il sena L’Un des Olivettes fl-ewwel rebha tieghu f’Malta, wara li ssielet ghar-rebha maz-zwiemel li ppjazzaw, Le Major, Midoun du Home u Soren Sufflor.

It-tigrija tal-galopp tal-Klassi A intrebhet minn Giada Med, debba Irlandiza debuttanta li marret quddiem fid-dritta finali u ghelbet lil Mean Mr Mustard u Nikos Heriniere. Fil-klassi B, ir-rebha marret ghal Ollie Fliptrik quddiem Genievre u d-debuttanta Salsiane. Ir-rebbieh kien misjuq mill-“jockey” Sarah Borg fl-ewwel rebha taghha wara li rritornat mill-incident serju li sofriet xi sentejn ilu.

Ir-rebhiet l-ohra marru ghal Glowing Star u Ludo Pellois (klassi Copper), Jeans de Bannes (fit-tieni rebha konsekuttiva tieghu) u Nox Blue (klassi Bronze) u Natif du Moulin fil-klassi Silver.

Harsa lejn l-iSvezja
Din il-gimgha huwa xieraq li naghtu harsa lill-qasam tat-trott fl-iSvezja. Ghalkemm xi ftit zwiemel Svedizi kienu jigu mportati f’Malta anki aktar minn kwart ta’ seklu ilu, l-importazzjoni ta’ zwiemel minn dan il-pajjiz zdiedu sew fil-bidu tas-snin disghin. Lahqu l-massimu taghhom bejn l-1999 u l-2001, b’medja ta’ madwar 120 ziemel gdid fis-sena. Fl-2010, iz-zwiemel Svedizi ammontaw ghal 28% tat-total ta’ zwiemel godda f’Malta, li jpoggi lill-iSvezja fit-tieni post fost il-pajjizi tal-origini taz-zwiemel tat-trott ibbazati f’Malta.

Minkejja popolazzjoni ta’ anqas minn 10 miljun ruh, statistici mahruga mill-Union Europeene du Trot ipoggu lill-iSvezja fit-tielet post fost il-pajjizi membri taghha, wara Franza u l-Italja u qabel pajjizi Ewropej ohra, uhud minnhom (bhal Franza u l-Italja wkoll) b’popolazzjonijiet ferm akbar.

Per ezempju, l-iSvezja tinsab fit-tieni post fin-numru ta’ zwiemel tat-tigrija, u t-tielet fl-ammont ta’ premjijiet ta’ flus u ta’ zwiemel tat-trott li tipproduci. Hemm aktar minn 30 korsa mxerrda madwar il-pajjiz kollu, il-maggoranza taghhom b’tul ta’ 1,000 metru (bhall-korsa tal-Marsa).

Tiftahar bi zwiemel leggendarji bhar-rebbieha tal-Prix d’Amerique Ina Scot (rebbieh ta’ 31 tigrija infila) u Gigant Neo, Victory Tilly (rebbieh tal-Elitloppet, il-Gran Premio della Lotteria, aktar minn Euro4 miljuni fi premjijiet ta’ flus ecc), iz-ziemel li spicca fit-tieni post fil-Prix d’Amerique ta’ din is-sena Maharajah u hafna ohrajn.

Dan huwa parti mill-wirt rikk li jingieb miz-zwiemel Svedizi li jikkompetu hawn Malta … ghandna naraw bicca minnu fil-finali li se jinzammu din il-gimgha.