Wednesday 2nd February 2011
Ir-raba’ laqgha tal-istagun 2011 – is-6 ta’ Frar

minn Magnat

Ir-raba’ laqgha tal-istagun se tinzamm nhar il-Hadd li gej 6 ta’ Frar mis-1.30pm ‘il quddiem. Il-programm jikkonsisti f’seba’ tigrijiet tat-trott u zewg tigrijiet tal-galopp. Se naraw l-ewwel tigrijiet dan l-istagun fuq distanzi itwal, biz-zwiemel tat-trott jigru fuq distanza ta’ 2,640m u z-zwiemel tal-galopp fuq 1,750m.

Dan se jkun programm ta’ “tigrijiet normali” qabel il-finali tal-kampjonati tal-U*Bet il-gimgha d-diehla. It-tigrijiet tat-trott se jikkonsistu f’zewg tigrijiet ghal kull wahda mill-klassijiet Copper u Bronze u tigrija ghal kull wahda mill-klassijiet Silver, Gold u Premier.

It-tigrija tal-klassi Premier li fiha hemm registrati erbatax-il ziemel, hija mistennija li tkun l-aqwa tigrija fil-programm. Tinkludi diversi zwiemel gejjin minn prestazzjonijiet pozittivi, bhal Ker Pellois, Kojak d’Isques u Never Better, u d-debuttanti Milano du Gite (FR) u Bill Boing (SE). Dan ta’ l-ahhar ghandu biss sitt snin u f’karriera ta’ tigrijiet ta’ xi tlett snin biss gewwa l-iSvezja irnexxielu jirbah seba’ darbiet u SEK573,521 fi flus, bl-aqwa hin ta’ 1’13’3 fil-kilometru.

It-tigrija tal-klassi Gold se tara zwiemel li jew dahlu f’din il-klassi dan l-ahhar jew huma qrib il-klassi Silver. Iz-ziemel Svediz ta’ disa’ snin Peasant Gallant huwa mistenni jiddebutta f’din il-klassi (gie skraccjat il-gimgha li ghaddiet) minflok fil-klassi Premier, skond il-parametri ta’ rebh relattiv ghall-ahhar pajjiz li gera fih ghal xi zmien – dan iz-ziemel ghandu rebh ta’ Euro112,910 (aktar minn SEK1,227,000), b’disa’ tigrijiet mirbuha u diversi pjazzamenti u l-aqwa hin ta’ 1’13’2 fil-kilometru, meta kkompeta l-aktar fl-iSvezja, izda wkoll f’pajjizi ohra bhal Franza u l-Belgju.

Iz-zwiemel tat-trott l-ohra godda huma mistennija jkunu Minuteman (SE) fil-klassi Copper u Newman (DK) u Opimus (FR) fil-klassi Silver.

Se jkollna tigrija tal-galopp ghal kull wahda mill-klassijiet A u B b’sitt izwiemel f’kull tigrija. Fit-tigrija tal-klassi B se jkollna xi zwiemel li ma kkompetewx ghal xi zmien, cioe’ Genievre, Tantalus u Walker, u d-debba Franciza gdida Salsiane. Dik tal-klassi A tinkludi diversi zwiemel tal-galopp popolari bhal Lordswood, Mean Mr Mustard u Wildnis, u d-dwieb Irlandizi godda Adorabile Med u Giada Med.

Il-laqgha li ghaddiet
Il-laqgha li ghaddiet kienet riservata ghas-semi-finali tal-kampjonati U*Bet ghal zwiemel Svedizi, li fihom saru maghrufa il-finalisti kollha tal-klassijiet Copper, Bronze, Silver u Gold. Dawn ser jinghaqdu mal-finalisti tal-klassi Premier li ma kellhomx ghalfejn jghaddu minn tigrijiet ta’ kwalifikazzjoni.

Il-laqgha kienet karatterizzata minn numru ta’ sorprizi, bhall-eliminazzjoni ta’ xi zwiemel favoriti u r-rebhiet jew kwalifikazzjoni ta’ zwiemel inqas ikkwotati. L-ewwel semi-finali tal-klassi Gold rat sprint finali qawwi li ta lil Notice As it-tieni rebha konsekuttiva meta gheleb iz-zwiemel kwalifikanti l-ohra The Big Blue World u Jigsaw. Fit-tieni kellu jkun il-photofinish li jiddetermina r-rebbieh, cioe’ Livi Cantona li wkoll rebah it-tieni rebha konsekuttiva tieghu fl-ahjar hin tal-istagun (maqsum ma’ ziemel iehor) ta’ 1’16’0 fil-kilometru fuq 2,140m, minn Lover Boy Index u Tornado Hornline.

L-ahhar semi-finali wkoll kellha tmiem kombattut bejn l-ewwel tlett zwiemel, bir-rebha tmur ghal Gentle Way li kellu tmiem b’sahhtu u rebah f’hin iehor tajjeb ta’ 1’16’1 fil-kilometru minn Mint Spirit u Kosai L.J.
Is-semi-finali l-ohra gew mirbuha minn Napoleon Hjo, Pretty Post u Arragon Crown fil-klassi Copper, Belbroughton Road u Robin Lou fil-klassi Bronze u Prince Brilliance u Gigo Lloyd fil-klassi Silver.

Ahbarijiet ohra
It-tim ta’ sewwieqa Maltin li rebah il-Mediterranean Drivers’ Trotting Championship tal-MHRU kiseb it-tielet post fl-unur tat-Tim Tas-Sena fl-iSportMalta Awards mizmuma is-Sibt li ghadda, 29 ta’ Jannar. Ghalkemm ma rebhux dan l-unur, pjazzament fit-tielet post huwa rizultat ferm prestigjuz fid-dawl tal-kompetizzjoni harxa hhal dan l-unur. Prosit tassew lil dan it-tim ta’ sewwieqa ta’ success.

Innotajna wkoll bi pjacir li l-Malta Racing Club ircieva test tad-doping negattiv rigward ir-rebbieh tal- Coronation Cup ghal zwiemel tat-galopp li nzammet f’Dicembru li ghadda. Kull rizultat negattiv ta’ test tad-doping huwa rebha ghall-“fair play” fil-komunita’ Maltija tat-tigrijiet taz-zwiemel.

Mixja fix-Xitwa, il-Hadd Filghodu fl-inhawi tal-Korsa.
Tkexkika ta’ bard hafifa tolqotni waqt li hiereg mill-karozza; ghadu kiesah u umdu fil-Marsa il-Hadd fit-8am f’Jannar. Il-“car park” ta’ hdejn il-korsa huwa mimli bit-trailers taz-zwiemel, uhud ta’ wiehed, uhud ta’ tnejn, ohrajn ikbar. Zewg zwiemel qed jigu mghejjuna jinzlu mit-trailers, lebsin kutra u faxex tas-saqajn b’kuluri jaqblu – imbaghad jimxu qajl qajl lejn id-dahla taz-zwiemel fil-korsa.

Uhud mill-hwienet tax-xorb ta’ Triq it-Tigrija huma diga’ miftuha, il-bejgh ewlieni taghhom jikkonsisti f’te u kafe’. Hafna mill-istalel huma miftuha wkoll, bi zwiemel jigu ppreparati ghat-tahrig ta’ filghodu.

Il-karozzi jinstaqu bil-mod f’din it-triq pjuttost dejqa, jistennew bil-pacenzja zwiemel mexjin fit-triq, konxji li hawnhekk jinsabu f’zona li tikkostitwixxi “home ground” taz-zwiemel.

Il-bini li jaghtu fuq il-korsa ghadhom maghluqa – se jiehdu l-hajja wara nofsinhar waqt it-tigrijiet. Ragel imexxi ziemel frisk minghajr serkin f’mixja kalma – m’hemmx tahrig iebes ghal dan iz-ziemel dalghodu. Ir-ragel isellem lil zewg irgiel jixorbu t-te’ go stalla.

Kif diehel fil-korsa inhossni sorpriz bin-numru mdaqqas ta’ (l-aktar) irgiel li hemm f’dan il-hin bikri. Hafna minnhom qed izommu gageg zghar b’ghasafar tal-ghana f’id wahda u xarba shuna fl-ohra. Numru kbir ta’ zwiemel qed jaghmlu t-tahrig taghhom; jidhirli li hemm iktar zwiemel dak il-hin milli jkun hemm waqt it-tigrijiet. In-nies jiddiskutu z-zwiemel, il-forma taghhom tal-mument, l-ewwel impressjoni ta’ zwiemel godda ecc.

Wara xi hin nohrog barra mill-gdid, lejn il-“car-park”. Xi zwiemel lestew it-tahrig u qabdu t-triq lejn l-istalel jew it-“trailers” taghhom. Huma akkumpanjati mis-sewwieq taghhom u minn handlers li hafna drabi jinkludi zaghzugh, forsi iben jew in-neputi tas-sid. Ziemel jasal fl-istalel tieghu u l-handler inehhilu s-serkin b’mod efficjenti biex iz-ziemel jidhol gewwa minghajr xkiel. Jitilqu zewg karozzi, biz-zwiemel iharsu ‘l barra mi-tieqa miftuha tat-trailers.

Xemx dghajfa tax-xitwa qed taghmel mill-ahjar li tista’ biex issahhan il-gurnata. Malta qed tqum bil-mod ghal gurnata ta’ mistrieh … filwaqt li n-nies u z-zwiemel fi Triq it-Tigrija diga’ qed itemmu l-ewwel impenn taghhom …

Nawgurawlkom ilkoll laqgha interessanti nhar il-Hadd li gej.