Thursday 20th January 2011
It-tieni laqgha tal-istagun 2011 – it-23 ta’ Jannar

minn Magnat

It-tieni laqgha tal-istagun se tinzamm nhar il-Hadd li gej 23 ta’ Jannar mis-1.30pm ‘il quddiem. Ikollna ghaxar tigrijiet fil-programm, disa’ tat-trott u wahda tal-galopp. It-tigrijiet kollha se jkunu fuq distanzi qosra, dawk tat-trott fuq distanza ta’ 2,140 metru, u tal-galopp jigru tigrija ta’ 1,250m.

Ghalkemm m’hu se jkollna l-ebda kampjonat f’din il-laqgha ghandna numru ta’ aspetti interessanti. Fil-fatt, it-tigrija tal-klassi Premier se jkollha “line-up” denju ta’ final, bi zwiemel popolari bhal Arnie Sensation, Le Bon Mayennais, Liosco Atout, Lucas Ness, Madis Boy, Think Yatzee u diversi ohrajn (inkluz iz-zwiemel godda li jissemmew aktar tard) mistennija jikkompetu fost lista ta’ erbatax-il ziemel.

Ghandna zewg tigrijiet ghall-klassi Gold. Wahda minnhom hija riservata ghal zwiemel bl-oghla punti f’din il-klassi, li jinkludu whud li huma qrib hafna tal-klassi Premier, bhal Count of Life, Loulou des Vallees, Obi Wan Kenobi, Socrates u ohrajn. Anki t-tigrija l-ohra tinkludi numru ta’ zwiemel popolari bhal Nevermind, Landi Breton, Indian Attack u ohrajn.

Il-kumplament tat-tigrijiet tat-trott ikunu wahda ghall-klassi Copper, tlieta ghall-klassi Bronze u tnejn ghall-klassi Silver.

Numru sabih ta’ zwiemel tat-trott huma mistennija jiddebuttaw. Zewg zwiemel b’rekord tajjeb hafna barra minn Malta huma rregistrati biex jippartecipaw fit-tigrija tal-klassi Premier. Dawn huma l-iSvediz ta’ ghaxar snin Affe Fager, li ghandu rebh ta’ flus ta’ SEK1,878,673, 14-il rebha u diversi pjazzamenti u l-aqwa hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru, u z-ziemel Franciz ta’ hdax-il sena Mocqueur du Caieu, li ghandu rebh ta’ flus ta’ Euro478,880, bi 13-il rebha u pjazzamenti numeruzi u l-aqwa hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru. Iz-zwiemel godda l-ohra huma mistennija jkunu Blizzard (GER), Oberon Phi (FR), Parigot (FR) u Pout de Quelaines (FR) fil-klassi Bronze, Nep (FR) u Oh Chef du Dray (FR) fil-klassi Silver u New Sun (FR), Nobel Pasmarick (FR) u Notre Allegro (FR) fil-klassi Gold.

Seba’ zwiemel huma miktuba biex jikkompetu fl-ewwel tigrija tal-galopp dan l-istagun li hija riservata ghall-klassi A. Dawn jinkludu fost ohrajn zwiemel li kellhom prestazzjonijiet tajbin dan l-ahhar bhal Lordswood, Minnow u Ollie Fliptrik u zewg zwiemel Irlandizi godda, cioe’ Buttermilk u Virginia Med.

Il-laqgha li ghaddiet
Fl-ewwel laqgha ufficjali ta’ dan l-istagun rajna l-bidu tal-kampjonat U*Bet fuq distanza ta’ 2,140m, li hu rriservat esklussivament ghal zwiemel tat-trott Svedizi. Il-heats ta’ nhar il-Hadd li ghadda kienu jirrigwardaw il-klassijiet Silver u Bronze (tlett heats minn kull klassi) u six zwiemel minn kull heat ikkwalifikaw ghas-semi-finali.

Fil-heats tal-klassi Silver, Matador Knick ghamel sprint tajjeb fl-ahhar parti tat-tigrija biex rebah f’hin tajjeb ta’ 1’16’2 fil-kilometru, Bankir Zon rebah it-tieni heat u kompla fejn kien halla l-istagun li ghadda li kien spiccah b’zewg rebhiet konsekuttivi, filwaqt li Energy Launcher zied fil-giri fl-ahhar dawra u baqa sejjer biex rebah l-ahhar heat.

Il-heats tal-klassi Bronze ntrebhu minn Rybo Juvel (f’hin tajjeb ta’ 1’16’4 fil-kilometru), Tintin Haleryd u Lady June.

Apparti mill-heats tal-kampjonat U*Bet, kellna tigrija nteressanti ghall-klassi Premier fuq 2,140m, li giet mirbuha miz-ziemel Franciz ta’ tlettax-il sena Ker Pellois li mar quddiem fl-ahhar 400 metru u baqa sejjer biex rebah fl-aqwa hin tal-laqgha ta’ 1’16’0, quddiem Key Value, Le Coup de Foudre u Loustic d’Anjou.

Tmiem ferm kombattut ikkaratterizza l-MRC Festival Amateur Final ghal zwiemel li normalment jigru fil-korsa l-antika u li ngriet fuq 1,640m. Din intrebhet minn I.P. Broadway b’margni minimu minn Firmin de Socoa.

Ahbarijiet ohra
Fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda rajna l-bidu tal-applikazzjoni tas-sistema tal-punti aggornata. Taht din is-sistema kif emendata, il-punti attribwiti lir-rebbieh u liz-zwiemel li jipplejsjaw gew mizmuma fl-istess livell, cioe’ 30 punt ghar-rebbieh, 9 punti ghaz-ziemel li jispicca fit-tieni post, 5 punti ghat-tielet post u punt wiehed ghar-raba’ post.

Madankollu t-tnaqqis ta’ punti ghal dawk li ma jipplejsjawx gie mibdul ghal tnaqqis ta’ 5 punti ghall-hames u s-sitt post, tnaqqis ta’ 7 punti ghas-seba’ u t-tmien post u tnaqqis ta’ 9 punti ghad-disa’ post u aktar lura kif ukoll ghal zwiemel li jigu skwalifikati.

Dawn il-kambjamenti huma mmirati li jirriflettu ahjar il-prestazzjoni taz-zwiemel li jiehdu sehem fit-tigrijiet, li jikklassifikaw iz-zwiemel fil-klassi l-aktar xierqa ghalihom u li jnehhi xi possibilita’ ta’ manipulazzjoni tas-sistema li seta’ kien hemm.

Kumment finali
B’hekk bdejna stagun iehor tat-tigrijiet taz-zwiemel, stagun iehor li nisperaw li jkun spettakolari u eccitanti ghall-ispettaturi u l-persuni ohra numeruzi li jsegwu dan l-isport sabih. Interessanti li skond statistici mhux ufficjali t-total ta’ spettaturi li hallsu biex isegwu l-laqghat ta’ tigrijiet ammontaw ghal aktar minn 36,500, li kien l-aqwa numru ta’ spettaturi annwali fl-ahhar seba’ snin. L-attendenza medja f’kull programm kienet ftit anqas minn 600, it-tieni l-oghla fl-ahhar seba’ snin. Din il-figura teskludi il-membri, sidien u sewwieqa li huma ferm iktar.

Bla dubju ta’ xejn, dawn il-figuri huma nkoragganti, jikkonfermaw il-popolarita’ tal-isport taghna u huma ta’ unur ghal dawk kollha li jikkontribwixxu ghall-organizzazzjoni u t-tkabbir ta’ dan l-isport kif ukoll ghal dawk kollha li huma involuti fih b’mod attiv, bhall-proprjetarji, trainers u sewwieqa taz-zwiemel.

Nittamaw li aktar nies gejjin minn oqsma tal-hajja differenti jingibdu lejn dan l-isport matul dan l-istagun, sabiex isir anki aktar popolari milli diga’ hu. Principalment, nawguraw stagun ikkaratterizzat minn spirtu sportiv, fejn il-partecipanti jirrispettaw lil xulxin u jipprattikaw l-isport bi spirtu ta’ “fair play” u lkoll kemm ahna nifirhu ma’ kull rebbieh denju li jkollna.

Nawgurawlkom ilkoll programm ecitanti iehor nhar il-Hadd li gej.