Tuesday 28th December 2010
MRC Festival Programme

Minn Magnat

Is-sena tat-tigrijiet taz-zwiemel ghall- 2011 se tibda’ b’mod mill-aqwa nhar il-Hadd li gej 2 ta’ Jannar fis-12.50pm b’festival li jinkludi varjeta’ ta’ tipi ta’ zwiemel li ghandna f’Malta. Dan ghandu jkun programm mill-aktar varjat u ta’ interess ghall-familja kollha.

Fil-programm se naraw diversi tigrijiet tal-ponijiet, tigrijiet tat-trott, kemm bis-serkin kif ukoll monte’, u zewg tigrijiet ghal zwiemel tal-galopp. It-tigrijiet tat-trott bis-serkin jinkludu numru li ghandhom tema specifika, bhal tigrija ghal sewwieqa veterani, ohra ghal sewwieqa zghazagh u xejn inqas minn sitt tigrijiet tal-proprjetarji taz-zwiemel. “Qualification race” se tinzamm ukoll ghal zwiemel li jehtiegu l-punti sabiex jigu promossi ghall-klassijiet “normali” tat-tigrijiet.

Se naraw ukoll tigrija tal-galopp ghaz-zwiemel tal-Klassi A u ohra se tkun riservata ghal dawk fil-klassi B, it-tnejn fuq distanza medja ta’ 1,750m. Sitt zwiemel gew registrati f’kull tigrija, u dawn jinkludu numru ta’ zwiemel maghrufin, bhal Etoile du Pic, Lordswood u Mean Mr Mustard.

It-tigrija monte’ se tkun kontestata fuq distanza ta’ 2,160m u tinkludi sitt zwiemel, bi tnejn gejjin mill-klassi Premier, cioe’ Liosco Atout u Love de Fleur, li flimkien ma Power Cape se jibdew it-tigrija bi zvantagg ta’ 20m fil-konfront taz-zwiemel l-ohra.
L-ikbar attrazzjoni tal-festival tikkonsisti fi Grand Final ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,640m, li tara nofs iz-zwiemel gejjin minn fost dawk li kkompetew fil-finali tal-Prix de Vincennes u n-nofs l-iehor minn fost dawk li kkompetew fil-finali tat-Tazza tal-President. Ghandna sitt zwiemel Francizi, In Vitro du Bourg, James de l’Iton, Kakisis, Lou Petiot, Madis Boy u Melino du Rib, tlett zwiemel Svedizi, Arnie Sensation, Bello Fratello u Carnegie Hall u partecipant Taljan, Enjoy Kronos. Hafna minn dawn kienu fost l-aqwa protagonisti ta’ dan l-istagun.
Mistennija tigrija spettakolari u kombattuta bi tmiem incert.

Numru ta’ prezentazzjonijiet se jinzammu wkoll matul il-festival ghal dawk li kisbu l-aqwa rizultati dan l-istagun, inkluz fost l-ohrajn dawk ghall-aqwa ziemel tat-trott, l-aqwa ziemel tal-galopp, l-aqwa sewwieq u l-aqwa jockey.

Il-laqgha li ghaddiet
Folla mill-aqwa ta’ spettaturi segwiet il-laqgha spettakulari li nzammet nhar il-Hadd 19 ta’ Dicembru, li kienet tinkludi tmien tigrijiet, li hamsa minnhom kienu finali mill-kampjonati tal-Francizi (sponsorizzati mill-SECF), wahda ghal kull klassi, taht il-patrunagg distint tal-Ambaxxatur Franciz ghal Malta l-E.T. Daniel Rondeau, is-Segretarju Parlamentari ghall-ISport l-Onor Clyde Puli, ufficjal ewlieni tal-SECF is-Sur Benoit Fabrega, is-Sur Bernard Vassallo, Chairman tal-Kunsill Malti ghall-Isport u ufficjali tal-Malta Racing Club, immexxija mic-Chairman Dott. Matthew Brincat.

L-aqwa tigrija kienet il-finali tal-Prix de Vincennes riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier. Mont Cenis Honey, misjuq mill-gerrej champion ta’ din is-sena Noel Baldacchino ha l-vantagg fil-fazijiet bikrija, kellu ritmu eccellenti matul it-tigrija kollha, u zamm il-kmand tat-tigrija minkejja attakk qawwi fl-ahhar fazi minn Madis Boy u Kakisis, u b’hekk rebah ir-raba’ rebha minn daqstant tigrijiet f’Malta, f’hin mill-aqwa ta’ 1’15’7 fil-kilometru. Fit-tieni post spicca Madis Boy li kien rebah il-Prix de Vincennes f’Gunju li ghadda, u warajh, Kakisis, Lou Petiot u In Vitro du Bourg f’dik l-ordni.

Lucky des Brisants rebah il-Prix d’Enghien ghal zwiemel tal-klassi Gold, meta ha kmand decisiv fit-tieni nofs tat-tigrija biex rebah it-tieni tigrija tieghu din is-sena (u l-promozzjoni ghall-klassi Premier), minn Kiflosak Cordiere, Max Galbe, Never Better u Noble d’Urzy.

Il-Prix de Cabourg (ghall-klassi Silver) ra d-dominju ta’ Muflier des Fleurs li rebah it-tielet tigrija tieghu konsekuttiva, u gie wkoll promoss ghall-klassi Premier, fl-istess hin tal-finali tal-Prix de Vincennes, cioe’ 1’15’7 fil-kilometru. Iz-zwiemel li dahlu warajh kienu Neo de Mira, Kaki du Vivier, Nevermind u Lawrence Crown.

Il-finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer (ghall-klassi Bronze) giet mirbuha minn Mousko Royal wara li rrezista sfida qawwija minn November Oaks, filwaqt li l-Prix de Caen (ghall-klassi Copper) gie mirbuh b’distakk impressjonanti minn Kendo du Chene li rregistra s-sitt rebha tieghu tal-istagun.

Kumment finali
Huwa xieraq li f’dan l-ahhar artiklu tas-sena, naghtu daqqa t’ghajn lejn l-aqwa hinijiet li rajna fit-tigrijiet fl-istagun 2010. Ta’ min wiehed jinnota li dawn kollha gew registrati bejn Lulju u Dicembru. L-aqwa hin fuq id-distanza ta’ 1,640m kien ta’ 1’13’9 fil-kilometru u dan kien registrat miz-ziemel ta’ tnax-il sena Kain Poifond f’Lulju matul it-tigrijiet ta’ hbiberija bejn Malta u Sqallija li saru f’Malta. L-aqwa hin fuq l-2,140m (1’15’3 fil-kilometru) kien registrat minn ziemel iehor ta’ tnax-il sena, cioe’ Kakisis, f’tigrija tal-klassi Premier mizmuma f’Settembru.

Erba’ zwiemel jaqsmu l-aqwa hin ta’ 1’15’7 fil-kilometru fuq id-distanza ta’ 2,640m, cioe’ l-imsemmi Kakisis li rregistrah f’Ottubru matul is-semi-finali tad-Dragonara Cup, kif ukoll tlett zwiemel ta’ ghaxar snin, Mont Cenis Honey, Madis Boy u Muflier des Fleurs li ghamlu l-istess hin matul il-finali tal-kampjonati tal-Francizi f’Dicembru.

L-aqwa hin fuq id-distanza twila ta’ 3,140m kien dak ta’ 1’17’5 fil-kilometru (f’tigrija tal-klassi Premier f’Ottubru) u jappartjeni ghal Le Bon Mayennais, ziemel ta’ hdax-il sena. L-aqwa hin fit-tigrijiet monte’ kien dak ta’ Knock de Manche, ta’ tnax-il sena (1’18’3 fil-kilometru) fuq distanza ta’ 2,180m u dan kien registrat f’tigrija open bil-vantagg mizmuma f’Ottubru.

Nawguraw l-isbah xewqat ghal sena gdida 2011 mimlija hena lilkom u lil dawk li thobbu u Festival tal-bidu tal-istagun tal-MRC mill-aktar pjacevoli nhar il-Hadd li gej.

PROGRAMM - IL-HADD 2 TA' JANNAR 2011
"A. Shetlands
12:50pm"

1. John Areta
2. Spark
3. Qastni
4. Il-Boy
5. Toninu
6. Baqri
7. Freedom
8. Kiss Melody
9. Fiorello

"1. Qualification Trott
2140mts 1:00pm"
€100 - €60 - €35
1. Yra Landerije
2. Glowing Star
3. Tina du Bois
4. Jeski du Nic
5. Vasterbo Breezy

"2. Owners Trott
2140mts 1:20pm"
€200 - €100 - €70 - €35
1. Kocheal Baz
2. Katuelo
3. L'Orne
4. Kiki Jarzeen
5. Loulou de la Rose
6. Simb Rattigan
7. Edge
8. Numa du Goutier
9. Ilex Garden
10. Cost A Lot

"3. Owners Trott
2140mts 1:40pm"
€200 - €100 - €70 - €35
1. Matin du Loir
2. Newmarket Boy
3. Hulegardens Filur
4. Kejser Engely
5. Luriga Liz
6. Gandhi Brogard
7. Nashville Victory
8. Noel de Corneville
9. Matter What
10. Liowin Hearted
11. Ville Peson

"B. Ponijiet C
1200mts 1:50pm"
Arnes
1. Lady Gaga
2. Spirit
3. Niki
4. Kina
5. White Face

"4. Flat B
1750mts 2:00pm"
€180 - €80 - €40
1. Tarrujji
2. Buttermilk
3. Letthewordgoforth
4. Ollie Fliptrik
5. Spain Millenium
6. Genievre

"C. Ponijiet B
1200mts 2:20pm"
Arnes
1. Nakita
2. Shazanne
3. Crazy Toy
4. Danger Dream
5. Open Your Eyes
6. Christina

"5. Trott Anzjani
1640mts 2:40pm"
1. Elizar Laday
2. Ligist Qui
3. Luc du Broc
4. Mario Tejy
5. Sherif As
6. Pireas Pride
7. Corlas d'Anjou
8. Rambler As
9. Linus Spot

"6. Owners Trott
2140mts 3:00pm"
€200 - €100 - €70 - €35
1. Mad Hatter
2. Loulou de Vallees
3. Lucky d'Hercla
4. Tornado Hornline
5. Mint Spirit
6. Lys de l'Oasis
7. Biggles Coquet
8. Count of Life
9. My Danover
10. Marlow As

"7. Trott Monte
2160mts 3:20pm"
€300 - €120 - €70 - €35
1. Neo du Loudat
2. Neo Sauconnier
3. Don Valentio
4. Power Cape
5. Love de Fleur
6. Lisoco Atout

"8. Trott Young Drivers
2140mts 3:40pm"
€100 - €70 - €35
1. Ex Air
2. Jasper Erem
3. Insa
4. Fairway
5. Jabito Jusse
6. Fredrico Kim
7. Nashwan Boy

"9. Flat A
1750mts 4:00pm"
€180 - €80 - €40
1. Nikos Heriniere
2. Mean Mr. Mustard
3. Lordswood
4. Etoile du Pic
5. Minnow
6. Adorable Med

"10. Trott fix Xaretta
1640mts 4:20pm"
1. Quick the Lind
2. Gubben Karsk
3. Super Chic
4. Vida Esta Loca
5. Inspector Godiva
6. Troy Boko
7. Firmin de Socoa
8. Absolute Cashflow
9. IP Broadway
10. Latif

"11. Final Premier
2640mts 4:40pm"
€1200 - €500 - €250 - €125
1. Garnagie Hall
2. In Vitro du Bourg
3. James de l'Iton
4. Melino du Rib
5. Arnie Sensation
6. Bello Fratello
7. Lou Petoit
8. Enjoy Kronos
9. Kakisis
10. Madis Boy

"D. Ponijiet A
1200mts 5:00pm"
Arnes
1. Lenkinija
2. Sweet Bobby JR
3. Morena
4. Rise Up
5. Shanja
6. Heart Breaker
7. Red Indian

"E. Ponijiet A1
1200mts 5:10pm"
Arnes
1. Swiss Song
2. Beauty Body
3. Rustic Boy
4. Danger Toy
5. Kimberlino
6. Red P

"12. Owners Trott
2140mts 5:30pm"
€200 - €100 - €70 - €35
1. Noble Spirit
2. Nep
3. Must du Buisson
4. Super Mack Grocer
5. J.D.Crown
6. Totti Boko
7. Matador Knick
8. Kobber Dust
9. Prince Brilliance
10. Agobra Bingo

"13. Trott Young Drivers
2140mts 5:50pm"
€100 - €70 - €35
1. Origo Casino
2. Nacelle du Bessay
3. Nuthan d'Emi
4. Above Roland
5. Bugatti Dream
6. Mambere
7. Ocean du Loisir
8. Orasi Index

"14. Owners Trott
2140mts 6:10pm"
€200 - €100 - €70 - €35
1. Royal Pointer
2. Chilly Beast
3. Meadow Dancer
4. Look Castelets
5. Royal Crafts K.
6. G. Force Son
7. Lawrence Crown
8. Kandy du Fruitier
9. Jet de Mee
10. Louise Wood

"15. Owners Trott
2140mts 6:30pm"
€200 - €100 - €70 - €35
1. Judon du Cap Vert
2. Catch and Smash
3. Garden Pax
4. Montbrun
5. Splanky
6. Only For Girls
7. Zut
8. Klokkeblomst
9. Magnum
10. Ace of Heart