Thursday 2nd March 2023
Finali Kampjonat Assikura Klassi Gold


Aktar minn ħmistax-il sena kollaborazzjoni bejn il-kumpanija tal-Assikurazzjoni Assikura u l-Malta Racing Club ġew rikonfermati hekk kif ġie ffirmat kuntratt ġdid mal-Malta Equidrome għal dawn is-sentejn. Filfatt il-bidu kompetittiv tal-istaġun bħas-soltu infetaħ bil-heats tal-Kampjonat Assikura riservat għall-Klassi Gold hekk kif nhar it-12 ta’ Frar saru seba’ heats fejn fihom ħadu sehem 77 żiemel li jfisser tiġrija u 8 t’iżwiemel aktar mis-sena l-oħra. Dawn kienu jinkludu 6 t’iżwiemel ġodda.


 


L-ewwel ħamsa minn kull tiġrija kwalifikattiva kisbu d-dritt li jipparteċipaw fis-semi finali li din is-sena kienu tlieta sabiex nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar sirna nafu min huma t-tnax-il żiemel li se jkunu qed jisfidaw lil xulxin fil-finali li se ssir il-Ħadd 12 ta’ Marzu. Kienu tiġrijiet verament ta’ livell għoli u għalhekk hemm stennija kbira għall-finali.


 


Id-distanza tat-tiġrija hija dik ta’ 2140m u se jingħataw trofej lil dawk li jispiċċaw fl-ewwel erba’ postijiet flimkien ma’ għata liż-żiemel rebbieħ. L-ammont totali fi premjijiet f’din il-finali huwa sostanzjalment aktar minn dak ta’ edizzjonijiet preċedenti – filfatt se jitqassmu d-doppju ta’ dak li kien hemm is-sena l-oħra għal total ta’ €3200.


 


Preżenti għal din il-konferenza stampa kien hemm il-Managing Director tal-Kumpanija Assikura Insurance Brokers is-Sur Andrew Grech, ir-rappreżentant tal-Malta Racing Club is-Sur Anthony Demanuele u l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Equidrome l-Avukat Matthew Brincat.


Assistew għall-poloz is-sidien taż-żwiemel finalisti. In-numri tat-tluq se jkunu dawn:


 


1. CAID SLY (Ludvic Ghigo)


2. EL GUSTO (Cherise Farrugia)


3. KASPER TROT (Rodney Gatt)


4. BARA MIN (Clint Gauci)


5. DERBY D’URZY (Jesmar Gafà)


6. EURYTHMIC SISU (Paul Galea)


7. AKELA PLAY (t.b.a.)


8. EVEREST DODVILLE (Redent Magro)


9. EDEN PETTEVINIERE (Noel Baldacchino)


10. DARLING ATOUT (Julian Farrugia)


11. CAPRICE DE COSSE (Clint Vassallo)


12. DALDRY DE L’ANTE (Marco Debono)


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


MRC/02/23