Monday 17th October 2022
Finali Kampjonat Krafft


Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru se ssir il-Finali tal-Kampjonat Krafft. Dan il-Kampjonat ilu jsir mill-2015 u nistgħu ngħidu sar avveniment mistenni fil-kalendarju tat-trott lokali. Bl-eċċezzjoni tas-sena 2020 fejn kien sar għall-klassi Bronze, dejjem kien miftuħ għal żwiemel tal-klassi Silver u dejjem sar fuq id-distanza medja ta’ 2140m. Kien propju s-sena l-oħra li ġie rreġistrat l-aħjar ħin ta’ din il-finali meta Derby Chevaleraie misjuq minn Charles Camilleri rreġistra medja ta’ 1’14”8/km li hija waħda rispettabbli ferm għal din il-kategorija.


 


Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ipparteċipaw 86 żiemel fi tmien heats biex minnhom intgħażlu 32 li l-Ħadd 16 t’Ottubru ikkompetew fi tliet semi finali biex saru magħrufa t-tnax li se jieħdu sehem fil-finali.


 


Preżenti waqt il-konferenza stampa kien hemm is-Sur Shaun Pete Azzopardi rappreżentant lokali tad-ditta Krafft kif ukoll l-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi Chairman ta’ EquestriMalta u l-Malta Racing Club u l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Equidrome l-Avukat Matthew Brincat.


 


Bħas-soltu fil-preżenza tas-sidien, ittellgħu l-poloz sabiex iż-żwiemel ġew abbinati man-numri tat-tluq wara l-karozza.


 


1.   EMISSORO


2.   COBBYS CELEB


3.   DREAM TURGOT


4.   CHENE DE LANDISACQ


5.   DROP DE CORDAY


6.   CLASSIC GAL


7.   DITO QUICK


8.   TONIGHT LUX


9.   GOSSE FREDANO


10. GIGARO AM


11. ELEGANT THELOIS


12. BAJAZET


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


MRC/21/22