Saturday 9th October 2010
Il-45 u s-46 laqgha tal-istagun – it-8 u l-10 t’ Ottubru 2010

Minn MAGNAT

Fil-weekend li gej ghandhom jinzammu zewg programmi ta’ tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. L-ewwel wiehed jinzamm nhar il-Gimgha fis-7pm u l-iehor il-Hadd mis-2pm ‘il quddiem.

Kull programm jinkludi tmien tigrijiet kollha tat-trott hlief ghal tigrija wahda tal-galopp ghal zwiemel tal-klassi A (it-tielet tigrija fil-programm tal-Gimgha) fuq distanza twila ta’ 2,250m u li fiha inkitbu biex jiehdu sehem sitt zwiemel.

Fi tmiem il-gimgha, il-klassijiet kollha tat-trott se jkunu fl-azzjoni fuq distanza ta’ 2,640m, izda c-centru tal-attenzjoni se jkunu l-erba’ heats tal-Kampjonat Dragonara Casino (tnejn ghandhom jinzammu l-Gimgha u tnejn ohra l-Hadd) li fihom ghandhom jippartecipaw 50 ziemel tal-aqwa livell, li kollha kemm huma kienu fil-klassi Premier meta rregistraw ghal dan il-Kampjonat.

Minn kull heat jikkwalifikaw hames zwiemel ghas-semi-finali ta’ dan il-Kampjonat.

Ghalkemm ic-Campjin In Vitro du Bourg gie mserrah ghal din il-kompetizzjoni, diversi zwiemel ewlenin gew registrati biex jikkompetu, fosthom James de l’Iton, Think Yatzee, Arnie Sensation, Madis Boy, Kakisis, My Red Force u hafna ohrajn.

Dawn iz-zewg programmi jinkludu wkoll xejn inqas minn tlett tigrijiet b’kollox tal-Klassi Gold, b’numru mill-partecipanti jkunu zwiemel popolari bhal Gigo Lloyd, Nevermind, Match de Bannes u ohrajn, u zwiemel li ghadhom kif kellhom tigrijiet tajbin hafna bhal Major Luchois u Chef F.C. li rebhu l-ahhar tigrija taghhom u Zerbin li pplejsja fit-tieni post fit-debutt recenti tieghu, kif ukoll diversi ohrajn.

Sitt zwiemel huma mistennija jiddebuttaw: Muscle Nugget (SE) fil-klassi Bronze, Vito Corleone (SE) fil-klassi Silver u Enjoy Kronos (IT), Mica Bonero (FR), Lucas Ness (SE) u Play on Me (SE) fil-Heats tal-Kampjonat Dragonara Casino (Klassi Premier).

Anki l-programm ta’ nhar il-Hadd li ghadda kien jinkludi xi punti denji ta’ nota. It-tigrija tal-klassi Gold intebhet minn Mustang de Belfin fit-tieni tigrija tieghu f’Malta u dan iz-ziemel gie promoss ghall-Klassi Premier. Il-medja ta’ din it-tigrija kienet wahda nkoragganti ta’ 1’17’6 fil-kilometru.
Zewg zwiemel veterani ta’ 14 –il sena, Ilex Garden fil-klassi Copper u It’s My Way fil-klassi Silver, rebhu t-tigrijiet rispettivi taghhom. Dan juri kemm dawn il-veterani ghad ghandhom x’joffru meta jkollhom kura, sahha u forma tajba.

Kellna wkoll it-tieni tigrija Monte’ tal-istagun, bi tmien partecipanti gejjin minn klassijiet differenti fejn iz-zwiemel fl-oghla klassi bdew 20 metru lura miz-zwiemel gejjin minn klassijiet inferjuri. Kien interessanti li wiehed jara liz-ziemel Knock de Manche li gej mill-Klassi Premier jirkupra l-izvantagg tieghu u jeghleb iz-zwiemel l-ohra biex jirregistra t-tieni rebha tieghu konsekuttiva.

Naturalment, li tibni interess f’dixxiplina gdida m’hu facli xejn u jiehu certu ammont ta’ zmien, izda huwa nkoragganti l-fatt li t-tigrija nkludiet xi zwiemel godda li ma ppartecipawx fl-ewwel tigrija u li l-hin medju ta’ 1’18’3 kien ahjar minn dak registrat fl-ewwel tigrija monte’ ftit gimghat ilu. Ninkoraggixxu lill-Malta Racing Club biex ikompli bit-thabrik tieghu biex jippromovwovi din id-dixxiplina u jkompli jorganizza tigrijiet bhal dawn regolarment, biex b’hekk tizdied il-varjeta’ u l-interess ghall-ispettaturi, sewwieqa, proprjetari u z-zwiemel infushom.

Fl-ahhar nett, ninnotaw b’sodisfazzjon l-isforzi li qed isiru biex jitjieb il-livell ta’ lbies fil-korsa. L-infurzar tal-kodici ta’ lbies ta’ participanti fit-tigrijiet u fit-tahrig taz-zwiemel kif ukoll livell baziku ta’ lbies ghall-ispettaturi huwa importanti hafna u ghandu jikkostitwixxi pass iehor biex titjieb aktar id-dehra professjonali ta’ dan l-isport, u jaghmel il-korsa post iktar attraenti.

Forsi anki iktar importanti, dan ghandu jizgura li s-sewwieqa u t-trainers jilbsu l-ibies protettiv l-aktar adattat ghax-xoghol taghhom, biex b’hekk jigu skansati incidenti li jistghu jkunu perikoluzi kemm ghall-individwi u zwiemel involuti kif ukoll ghal ohrajn.

Nawgurawlkom ilkoll zewg meetings eccitanti ohra u li l-kampjonat Dragonara Casino jkun success.