Sunday 4th September 2022
Riżultat Diżappuntanti fir-Rumanija


Kmieni l-Ħadd wara nofsinhar is-sewwieq Paul Galea kien fl-azzjoni fil-korsa ta’ Mangalia r-Rumanija f’tiġrija li kienet tifforma parti mill-Kampjonat tal-Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Skont ir-rappreżentant tal-Malta Racing Club Mario Baldacchino li kien qed jakkumpanja lil Galea, kien hemm nuqqas kbir fl-organizzazzjoni tant li t-tiġrija ttardjat u kellna wkoll nistennew diversi sigħat sabiex konna mogħtija riżultat uffiċċjali komplut.


 


Metal fl-aħħar telqet it-tiġrija Paul Galea biż-żiemel numru 5 Cono San mar fuq quddiem iżda madwar nofs triq sfortunatament kellu ftit ta’ diffikultà u għalhekk safa’ skwalifikat. Ir-rebħa marret għand is-sewwieq Serb Milan Kovacevic segwit minn dak Rumen Tanase Gheorghe u t-Taljan Walter d’Ambrogio.


 


Wara t-tielet tappa naraw li Franza u l-Italja jinsabu jokkupaw l-ewwel post b’24 punt, r-Rumanija għandha 23 punt, Malta 17-il punt u s-Serbja 13.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


 


MRC/14/22