Saturday 13th August 2022
Eric Bezzina Jirbaħ fl-Estonja


Kmieni wara nofsinhar is-sewwieq Malti Eric Bezzina irnexxielu joħroġ rebbieħ fl-ewwel edizzjoni tat-tiġrija ta’ ħbiberija bejn sewwieqa Maltin u dawk tal-Estonja li saret fil-korsa ta’ Tallinn l-Estonja.


Bezzina kien qed isuq iż-żiemel favorit Hero Am li telaq bin-numru 8 u għamel it-tiġrija kollha fil-mikxuf. Din kienet l-ewwel esperjenza għal Eric Bezzina barra minn xtutna. Fit-tielet post spiċċa Mario Farrugia.


Waqt l-istess programm is-sewwieq Emmanuel Buhagiar irnexxielu wkoll jirbaħ tiġrija mit-tlieta li saq fihom meta qasam il-linja finali l-ewwel biż-żiemel Ange Karlann. Buhagiar saq żwiemel ta’ ħabib tiegħu li hu trainer f’din il-korsa.


It-tiġrija ta’ ħbiberija Estonja/Malta kienet possibbli grazzi għall-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Estonja u Fillandja Dr Kenneth Vella bis-sostenn ta’ EquestriMalta.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


 


MRC/10/22