Monday 8th August 2022
Sewwieq Maltin fl-Estonja


Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Awwissu kontinġent ta’ erba’ sewwieqa Maltin se jmorru Tallinn l-Estonja sabiex jipparteċipaw f’tiġrija ta’ ħbiberija flimkien ma’ sewwieqa Estonjani. Din il-kompetizzjoni se tkun qed tirreċiproka ż-żjara li kontinġent ta’ sitt sewwieqa mill-Estonja għamlu f’Malta nhar l-20 ta’ Marzu fuq inizjattiva u koordinazzjoni ta’ Dr Kenneth Vella l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Estonja u l-Fillandja li hu wkoll wieħed mid-Diretturi fil-Bord ta’ EquestriMalta.


Is-sewwieqa Maltin li ġew magħżula mill-Malta Racing Club huma Eric Bezzina, Mario Farrugia, Dylan Gatt u Chris Vassallo u se jkunu fl-azzjoni fil-korsa ta’ Tallinn nhar is-Sibt 13 t’Awwissu. Din il-mawra fl-Estonja hija ffinanzjata mill-Awtorità EquestriMalta. Il-kontinġent Malti huwa akkumpanjat minn Paul Gafa’ f’isem il-Malta Racing Club u Max Zammit Kap Eżekuttiv ta’ EquestriMalta.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


 


MRC/09/22