Wednesday 27th July 2022
Finali Kampjonat tas-Sajf Malta Equidrome


Il-Kampjonat tas-Sajf Malta Equidrome ser jiġi fi tmiemu nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Lulju b’seba’ finali li jibdew fis-7:00 pm. Il-finali jkopru l-kategoriji minn Premier sa Copper u se jkunu qed jagħlqu l-ewwel parti tal-istaġun hekk kif issa jkollna l-waqfa tas-sajf.


 


Din is-sena dan il-kampjonat sar fuq tliet tapep biż-żwiemel setgħu jiġru massimu ta’ tliet darbiet fuq distanzi differenti – 1640m, 2140m u 2640m. Huma akkumulaw punti skont il-prestazzjoni f’kull tiġrija u l-aktar tnax-il żiemel li kellhom punti f’kull kategorija setgħu jipparteċipaw fil-finali li se jkunu fuq distanza ta’ 2140m. It-tliet tapep kienu organizzati fi tmien laqgħat b’total ta’ 72 tiġrija.


 


Interessanti l-fatt li erbgħa mir-rebbieħa tas-sena l-oħra se jkunu qed jipparteċipaw fil-finali għalkemm forsi għandhom biċċa xogħol aktar iebsa peress li fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jkunu qed jiffaċċjaw kompetituri f’kategorija ogħla.


 


Aktar minn €10,000 se jkunu mqassma fi premjijiet kif ukoll għall-ewwel darba se jingħataw trofej lil dawk li jispiċċaw mill-ewwel sar-raba’ post.


 


Għall-preżentazzjoni mistenni li jkun hemm iċ-Chairman tal-Malta Equidrome Hugh Morshead li se jkun qed jippreżenta t-trofej lir-rebbieħa flimkien mal-uffiċjali tal-Malta Racing Club.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club