Tuesday 22nd March 2022
Finali Kampjonat Executive Security


It-tielet edizzjoni tal-Kampjonat Executive Security riservat għall-Klassi Silver tilħaq il-qofol tagħha nhar il-Ħadd 3 t’April bil-finali ta’ tnax-il żiemel fuq distanza ta’ 2140m.


 


82 żiemel ipparteċipaw fi tmien heats li saru bejn is-Sibt u l-Ħadd 5 u 6 ta’ Marzu sabiex ikkwalifikaw 32 żiemel li ħadu sehem fi tliet semi finali nhar il-Ħadd 20 ta’ Marzu. It-tlett iżwiemel li rebħu dawn is-semi finali kienu ħarġu wkoll rebbieħa fil-heats u għalhekk wieħed qed jantiċipa li l-finali se tkun waħda bbilanċjata anke meta wieħed iqis li dawn is-semi finali kienu missielta ferm u l-medji rreġistrati kienu qrib ta’ xulxin.


 


Jassistu għal dan it-tlugħ kien hemm is-sidien taż-żwiemel finalisti li ġew ukoll indirizzati mill-viċi Chairman tal-Malta Racing Club u EquestriMalta Edwin Borg kif ukoll id-Direttur tal-Kumpanija Executive Security Stephen Ciangura.


 


Apparti t-trofew u għata kommemorattiva lis-sid taż-żiemel rebbieħ, kif ukoll trofej lil dawk li jispiċċaw fit-tieni, t-tielet u r-raba’ post, kull żiemel finalist se jkollu numru tat-tluq personalizzat sabiex jinżamm bħala tifkira.


 


It-tiġrija se tkun it-tmien waħda tal-programm u mistennija titlaq fl-4:25 pm.


 


Il-poloz telgħu hekk:


 


1.TRIOMPHE FERM


2. ASKO GIANT


3. BOOM BOOM BECKER


4. AMI


5. ABRICOT DU BUGEY


6. BEATNIK TURGOT


7. LIVI MAJESTY


8. ELITE ANGEL


9. AFTER EIGHT


10.QUICKSPIN


11.ELTON MAGIC


12.CADOL DE LA NOEMIE


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/03/22