Thursday 3rd March 2022
Finali Kampjonat Assikura


Il-Kumpanija Assikura żammet mat-tradizzjoni li tipprovdi sostenn finanzjaru lill-Malta Racing Club sabiex jiġu organizzati l-ewwel żewġ finali tas-sena riservati għall-klassijiet Gold u Bronze. Fil-fatt din l-assoċjazzjoni bejn il-kumpanija Assikura u l-Malta Racing Club teħodna lura ħmistax-il sena hekk kif fl-2007 kellna l-Condition Races u fl-2010 bdew isiru l-kampjonati Assikura.


Sfortunatament is-sena l-oħra, kawża tal-pandemija fejn l-attività sportiva ġiet sospiża, dawn iż-żewġ kampjonati kienu ġew interrotti wara li saru l-heats u għalhekk il-finali kellhom isiru ħafna aktar tard matul is-sena.


 


Nhar it-13 ta’ Frar saru 6 heats għall-klassi Gold li fihom ħadu sehem 69 żiemel sabiex għaddew 24 għas-semi finali li nġrew nhar il-Ħadd li għadda. Kienu żewġ semi finali verament kompetittivi li minnhom sirna nafu t-tnax-il finalist li se jkunu qed jikkompetu kontra xulxin nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu. Id-distanza ta’ din il-finali hija 2140m.


 


Nhar il-Ħadd li ġej se jsiru t-tliet semi finali tal-Klassi Bronze wara li f’din il-kategorija kellna numru rekord ta’ 105 żiemel li ħadu sehem f’disa’ heats. Il-finali tal-Klassi Bronze se ssir nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu.


 


Din il-Konferenza Stampa kienet indirizzata mil-Viċi Chairman tal-Malta Racing Club u  EquestriMalta s-Sur Edwin Borg u l-Managing Director tal-Kumpanija Assikura Insurance Brokers is-Sur Andrew Grech. Preżenti wkoll kien hemm il-Kap Eżekuttiv ta’ EquestriMalta s-Sur Max Zammit u l-Kap Eżekuttiv ta’ Marsa Racetrack Ltd l-Avukat Matthew Brincat.


 


It-tlugħ tal-poloz saru fil-preżenza tas-sidien taż-żwiemel finalisti:


 


1.       DYNAMIT LIFE


2.       BICETRE


3.       DOUDOU DE BOUERE


4.       BELMANN


5.       CUTTY SARK


6.       BAJAZET


7.       ARMANI S.


8.       ATOUT DE MONTBRUN


9.       GIGANT WELL


10.   JEFFERSON DOTCOM


11.   APACHE REYOR


12.   CHARMING SOLDIER


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/01/22