Tuesday 26th October 2021
Finali Tazza Johnnie Walker


Għad-disa’ sena konsekuttiva M.Demajo Wines & Spirits Ltd qed ikunu joffru sostenn finanzjaru lit-tiġrijiet taż-żwiemel lokali waqt it-Tazza prestiġjuża Johnnie Walker li tmur lura sas-sena 1939. Bħal ma ġara fl-aħħar seba’ edizzjonijiet dan il-kampjonat huwa riservat għall-klassi Gold.


 


Wara li nhar l-10 t’Ottubru sebgħin żiemel ipparteċipaw f’seba’ heats, nofshom għaddew għall-fażi tas-semi finali li nġrew nhar il-Ħadd u li minnhom ikkwalifikaw it-tnax-il żiemel, li huma fost l-aqwa li hemm f’din il-kategorija, sabiex jikkontestaw il-finali tal-Ħadd 7 ta’ Novembru.


 


Aktar kmieni llum, is-Sur Alfred Braddick, Marketing Manager ta’ M.Demajo Wines & Spirits Ltd u l-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi, Chairman tal-Malta Racing Club/EquestriMalta, tellgħu l-poloz tan-numri tat-tluq abbinati maż-żwiemel finalisti.


Dawn il-poloz saru fil-preżenza tas-sidien filwaqt li kienu mxandra live fuq il-paġna ta’ FaceBook tal-Malta Racing Club.


 


Meta l-ispettaturi reġgħu qegħdin isegwu t-tiġrijiet mill-korsa, wieħed qed jantiċipa li jkollna finali ta’ livell għoli speċjalment meta wieħed jieħu inkunsiderazzjoni l-livell li ntlaħaq waqt is-semi finali.


 


Is-sid rebbieħ, minbarra t-trofew u għata kommemorattiva se jirċievi flixkun Johnnie Walker Blue Label. Għas-sidien liż-żwiemel tagħhom jispiċċaw fit-tieni, t-tielet u r-raba’ post hemm ukoll trofej filwaqt li jieħdu magħhom flixkun Johnnie Walker 18-year old, Johnnie Walker Gold Reserve u Johnnie Walker Green Label.


 


In-numri tat-tluq huma dawn:


 


1. XCEED G.T.


2. ABRICOT DU BUGEY


3. CHARMING SOLDIER


4. BRIN DE NOBLESSE


5. APPRECIATED


6. VANGISKAN SCOTT


7. GLOBAL ORACLE


8.ALIXAN


9. CAZAUBON DAIRPET


10. BAJAZET


11. JANSKE


12. AVENIR D’OR


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/06/21