Tuesday 20th October 2020
Finali Tazza Johnnie Walker


Aktar kmieni illum, ittellaw il-poloz tal-finali tat-Tazza Johnnie Walker riservata għall-Klassi Gold. Sabiex jiġu rrispettati d-direttivi maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa din il-polza ittellgħat ml-Marketing Manager ta’ M. Demajo Wines & Spirits Ltd Alfred Braddick flimkien ma’ wieħed mill-Membri tal-Kunsill tal-Malta Racing Club is-Sur Joe Zerafa filwaqt li kienet trażmessa live fuq il-paġna ta’ facebook ta’ l-MRC.


 


Minkejja d-diffikultajiet kollha li n-negozjanti qed jiffaċċjaw minħabba l-pandemija tal-Covid19 il-Kumpanija M.Demajo Wines & Spirits Ltd għat-tmien sena konsekuttiva ikkonfermat is-sostenn tagħha għal dan il-Kampjonat fejn għal dawn l-aħħar seba’ snin dejjem kien abbinat mal-Klassi Gold.


 


L-interess mis-sidien kien wieħed akbar mis-snin preċedenti hekk kif ġew irreġistrati 80 żiemel għas-seba heats li nġrew il-Ħadd 4 t’Ottubru. Għat-tliet semi finali li saru l-Ħadd 18 t’Ottubru ħadu sehem 29 żiemel peress li f’waħda mill-heats kien hemm dead heat għar-4 post. Issa tnax il-żiemel se jkunu qed jikkompetu fil-finali nhar il-Ħadd l-1 ta’ Novembru sabiex xi ħadd minnhom inaqqax ismu fuq it-Tazza Johnnie Walker li l-prestiġju tagħha jeħodna lura sa’ l-1939.


 


Din is-sena Johnnie Walker qed jagħlaq 200 sena u għalhekk huwa b’dispjaċir li għal din l-edizzjoni il-korsa se tkun vojta mill-ispettaturi u se jkollhom isegwu din il-finali permezz ta’ xandira diretta fuq il-paġna ta’ facebook jew il-youtube channel tal-Malta Racing Club.


 


Apparti t-trofej, iż-żiemel rebbieħ bħas-soltu jingħata għata kommemorattiva filwaqt li s-sid jingħata flixkun Johnnie Walker Blue Label.


 


In-numri tat-tluq huma dawn:


 


1. JUDGE REO


2. FRANKIE BRODDE


3. JANSKE


4. ARISTOTE GEDE


5. NEVERENDINGDREAM


6. FOXY BROWN


7. CHEMSAK VEDAQUAIS


8. DROGBA BOB


9. BLACKBIRD WOOD


10. ARMANI S.


11. CASTLE ROSE


12. BRAVEHEART JIEL


 


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/06/20