Wednesday 26th February 2020
Finali Kampjonat Assikura


Bħal ma ġara f’dawn l-aħħar staġuni l-ewwel Kampjonat tas-sena huwa dak sponsorjat mill-Kumpanija ta’ l-assigurazzjoni Assikura riservat għall-klassijiet Gold u Bronze fuq distanza ta’ 2140m.


 


Wara li nhar il-Ħadd 2 ta’ Frar ingħata bidu għall-heats tal-Klassi Bronze u saru s-semi finali l-Ħadd 16 ta’ Frar il-Ħadd li ġej issir il-Finali bejn 12 il-żiemel. Il-Klassi Gold daħlu fl-azzjoni f’total ta’ tmien heats maqsuma bejn id-9 u l-10 ta’ Frar. Total ta’ 91 żiemel ħadu sehem f’din il-fażi 25 aktar mis-sena l-oħra fejn saru tliet semi finali l-Ħadd li għadda sabiex saru magħrufa it-tnax il-finalist li tagħhom ittellgħat il-polza llum mis-sidien stess sabiex saru magħrufa n-numri tat-tluq wara l-karozza.


 


Din il-Konferenza Stampa kienet indirizzata miċ-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg u l-Managing Director tal-Kumpanija Assikura Insurance Brokers Andrew Grech.


 


Il-poloz telgħu hekk:


 


1. ARISTOTE GEDE


2.FOXY BROWN


3.VENT DU DER


4.ARAGON DE BULIERE


5.TONIO DU VIVIER


6.UNIVERS DE SUCE


7.G.G.’S MAGIC DREAM


8.CORKY RAMIREZ


9.VEZ DE VOIRONS


10.JANSKE


11.SEPHIRO FLAM


12.IVAN PAVLOV A.T.


 


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/01/20