Friday 15th November 2019
Julian Farrugia fil-Prix de Rencontres


Julian Farrugia fil-Prix de Rencontres Internationales


 


Nhar is-Sibt li ġej is-sewwieq Julian Farrugia se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Prix de Rencontres Internationales li għall-ewwel darba se tkun qed issir fil-korsa ta’ Wallonie Mons il-Belġju.


 


Din it-tiġrija fuq distanza ta 2300m bl-autostart hija waħda internazzjonali bejn sittax il-sewwieq li ġejjin mis-Slovenja, Ġermanja, Belġju, Ukrajina, Ungerija, Franza, Irlanda, Olanda, Svizzera, Serbja, Spanja, Stati Uniti, Awstrija, l-Ingilterra, Repubblika Ċeka u sintendi Malta. Fi snin passat din it-tiġrija dejjem saret fil-korsa ta’ Vincennes Pariġi u tkun abbinata ma l-unur ta’ l-aqwa żwiemel Franċiżi esportati.  Filfatt dan l-unur għal Malta se jkun ippreżentat lis-sidien taż-żiemel Cesar du Bouillon.


 


Julian Farrugia se jkun qed isuq lid-debba bin-numru 16 Enola Penguy u t-tiġrija tibda fis-7:00 pm.


 


Jakkumpanja lis-sewwieq Julian Farrugia hemm ic-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/13/19