Thursday 29th April 2010
Carl Caruana bil-kuluri ta’ Malta, nhar il-Hadd fl’Italja waqt Laqha ta’ tigrijiet taz-zwiemel - 61 Gran Premio Lotteria D’Agnano

Ir-rapprezentant Malti fil-Laqgha li jmiss li tiffroma parti mill-Kampjonat tal-Unjoni tal-Mediterran ghal dawk li huma tigrijiet taz-zwiemel ser ikun iz-zghazugh Carl Caruana. Din hija it-tielet tigrija ta' dan il-kampjonat ghal din is-sena, wara li l-ewwel tigrija saret f’Malta propju fil-31 ta’ Marzu li ghadda.

Din is-sena, dan il-kampjonat annwali huwa kompost min 8 laqghat f'koros differenti madwar l-Ewropa, bhal Franza, Malta, Italja, Serbja, Slovenja, Kroazja, Russja u l'Algerija. Qabel ma halla Malta lejn Agnano f'Napli, ic-chairman tal-Klabb l-avukat Matthew Brincat qal “il-Malta Racing Club huwa onorat li ghal darba ohra ser jippartecipa f'dan il-kampjonat barra min xtutna, kif ukoll ta' min jinnota li din it-tigrija hija parti mill-programm ta' tigrijiet li ser issiru nhar il-Hadd li gej f’Agnano li huwa programm importanti ghaliex jinkludi wkoll dik li hija ikkonsidrata bhala wahda mit-tigrijiet ewlenien fl'Ewropa, bi premju komplessiv ta' aktar min €600,000.” Huwa kompla jghid li “il-Klabb qed jghamel kull sforz biex ikompli iheggeg sewwieqa Maltin biex jippartecipaw barra min Malta, ghaliex dawn huma opportunitajiet biex ikomplu intejbu il-livell tas-sewwieqa Maltin. Din ukoll hija opportunita ghall-pajjizna li nirreklamaw aktar l-isport, partikolarment dak tat-tigrijiet taz-zwiemel f'pajjizi barranin.”

Fil-karriera tieghu, Carl Caruana irregistra 39 rebha kif ukoll numru sabih ta' pjazzamenti mal-ewwel erba'. Is-Sibt ukoll, Carl ser jippartecipa f'tigrija riservata ghal sewwieqa mhux profesjonisti, u ser ikun qed isuq iz-ziemel numru 4, Ghinea. Din it-tigrija mistennija tibda ghal habta tal-16.05. Filwaqt, li it-tigrija tal-Hadd, dik tal-Kampjonat tal-Mediterran, ser tibda fl-16.00 u ser tkun il-hames wahda tal-programm. Tigrija li ser tingera fuq id-distanza ta’ 1600m.