Monday 12th April 2010
Festival Ekwestru - 4 Finali nhar il-25 ta' April

Nhar il-Ħadd 25 ta’ April il-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa ser tospita għall-ewwel darba festival ta’ sport Ekwestriju li se jkun organizzat mill-Kunsill Malti għall-iSport bil-kollaborazzjoni tal-Malta Racing Club, il-Malta Equestrian Federation kif ukoll il-Malta Polo Club.

Dettalji dwar din l-attività ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet is-Sibt filgħodu inidirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli, Bernard Vassallo, Chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport, Pippo Psaila Koordinatur tal-Attività kif ukoll il-Presidenti tal-assoċjazzjonijiet parteċipanti Dr Matthew Brincat Chairman Malta Racing Club, Mr. Ronald Gaerty President Malta Equestrian Federation u
Mr. Patrick Filletti President Malta Polo Club .

L-Hon. Clyde Puli qal li l-għan ta’ din l-attività se jkun dak li jgħaqqad l-isport ekwestriju f’festival fejn id-dilettanti ta’ dan l-isport se jkunu jistgħu igawdu ftit minn kollox f’post wieħed. B’kollox se jkun hawn sitt tipi differenti ta’ dan lisport li huma l-Galopp, Trott, Ponijiet, Dressage, Show Jumping u Polo.

Is-Segretarju Parlamentari semma kif l-għan ta’ din l-attività se jkun dak li tgawdi l-familja kollha b’attivitajiet li jvarjaw minn attivitajiet għat-tfal sa kompetizzjonijiet.
Hu semma wkoll kif il-pjanijiet tal-Gvern huma li l-Kumpless Sportiv tal-Marsa jilqa’ fih aktar sport fosthom l-isport ekwestriju kollu. Għaldaqstant semma kif il-masterplan għal dan il-kumpless jinkludi wkoll faċilitajiet li jaħsbu għallisport ekwestriju. Min-naħa tiegħi ic-Chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport, Bernard Vassallo qal li hu ta’ sodisfazzjon għall-Kunsill Malti għall-iSport li se jkun qed jorganizza din l-attività. Fil-waqt li ħabbar li waqt din l-attività se tkun qed issir ġabra speċjali għall-Puttinu Cares.

Pippo Psaila, il-koordinatur ta’ dan il-festival spjega kif din hija l-ewwel attività tax-xorta tagħha li jista’ jiftakar fejn l-isport ekwestriju kollu f’salt se jingħaqad f’attività waħdha. Hu spjega kif l-isport ekwestriju jikkonsisti f’żewġ tipi differenti ta’ atleti li huma iż-żiemel u l-ġerrej.

Ic-Chairman tal-Malta Racing Club Dr. Matthew Brincat qal li dan huwa unur kbir ghall-Club li ser jilqa tant dixxiplini sportivi ekwestri taht kappa wahda f’din l-ewwel attivita ta’ din ix-xorta li qatt giet organizzata fil-Malta Racing Club.

Il-programm tat-tigrijiet tat-trott jikkonsisti f’zewg heats u Final fl-istess gurnata fuq distanza qasira ta’ 1640m, filwaqt li it-tigrija riservat ghaz-zwiemel tal-Galop ser tkun Finali wahda fuq distanza ta’ 1750m:

Heat 1 – Klassi Silver 1640m
Heat 2 – Klassi Silver 1640m

Heat 1 – Klassi Premier 1640m
Heat 2 – Klassi Premier 1640m

Heat 1 – Klassi Gold 1640m
Heat 2 – Klassi Gold 1640m

Flat Race Final 1750m
Silver Final 1640m
Premier Final 1640m
Gold Final 1640m