Tuesday 16th February 2010
Emirates tisponsorja “It-Tazza l-Kbira” ghat-tieni sena wara l-ohra

Emirates Airline, maghrufa bhala sponser mill-aqwa tal-isports, regghet lura fil-korsa tal-Marsa u ghat-tieni sena konsekuttiva ser tkun l-isponser ufficjali tat-trofej l-aktar prestigjuza tat-trott f’Malta, It-Tazza l-Kbira. Din it-tazza li hi tant apprezzata, It-Tazza l-Kbira, tinghata lir-rebbieh tal-Finali tal-kampjonat ta’ din is-sena, li ser jinzamm nhar il-Hadd 11 t’April 2010. It-tigrijiet tal-kwalifikazzjoni jibdew nhar il-Hadd 28 ta’ Frar fil-korsa tal-Malta Racing Club fil-Marsa.

Il-maniger ta’ Emirates ghal Malta u Cipru, Paul Fleri Soler, u c-cermen tal-Malta Racing Club (MRC), Dr Matthew Brincat, habbru dan illum (it-Tlieta, 16 ta’ Frar) f’konferenza ghall-midja li nzammet fil-Malta Racing Club.

“Emirates ghal darb’ohra kkonfermat l-isponsership ta’ It-Tazza l-Kbira, t-tazza tat-tigrijiet tat-trott li hi l-aktar prestiggjuza f’Malta u tmur lura ghall-origini taghha, fl-1934. Matul is-snin, uhud miz-zwiemel l-aktar popolari li qatt kien hawn fil-gzira naqxu isimhom fuq din it-Tazza tant imfittxa, ghax dan l-unur iqajjem tahlita ta’ tradizzjoni u kburija f’formula wahda ta’ rebh,” qal Dr Brincat.

Aktar min 90 ziemel gew registrati ghal It-Tazza l-Kbira li ghaliha jistghu jidhlu z-zwiemel kollha registrati mal-Klabb.

Id-dilettanti tat-tigrijiet tat-trott se jiehdu pjacir kbir ghax l-aqwa zwiemel tat-trott ser jergghu jigru din is-sena. Ir-rebbieh is-sena l-ohra kien James De L’Iton, li saqu Noel Baldacchino u hu z-ziemel ta’ Anthony Bajada u Kevin Falzon. Din kienet it-tieni rebha ghal James De L-Iton.

Il-Kwarti Finali u s-Semi Finali ser jsiru nhar il-Hadd 14 u l-Hadd 28 ta’ Marzu rispettivament. Kuntrarjament ghal turnej ohra, l-kampjonat ta’ It-Tazza l-Kbira hu miftuh ghall-gerrejja tat-trott u ghall-klassijiet kollha, u ghaldaqstant ir-rebbieh tal-finali li ser isir gimgha fuq Hadd il-Ghid, jigifieri nhar il-11 t’April, skond it-tradizzjoni ta’ din it-Tazza hu meqjus bhala l-aqwa ziemel tat-trott f’Malta.

Paul Fleri Soler qal: “Il-konferma tal-isponsership ta’ din is-sena wara s-success li kellna s-sena l-ohra mal-Malta Racing Club tenfasizza l-impenn li Emirates ghandha ma’ dawk li jhobbu t-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta. Nemmnu li l-assocjazzjoni taghna mal-MRC tghin twassal lill-Emirates eqreb lejn dawk f’Malta li jhobbu t-tigrijiet taz-zwiemel.

Emirates tisponsorja zewg tigrijiet taz-zwiemel fost l-aktar prestigjuzi fid-dinja: id-Dubai World Cup u l-Emirates Melbourne Cup. Id-Dubai World Cup tlaqqa’ flimkien l-aqwa zwiemel minn mad-dinja biex jikkompetu fit-tigrija l-aktar sinjura tal-isport, li ghandha US$6 miljun fi premjijiet ta’ flus. Din issir fil-korsa tat-tigrijiet taz-zwiemel Nad Al Sheba f’Dubaj. L-Emirates Melbourne Cup hu l-aktar jum importanti ghat-tigrijiet taz-zwiemel fl-Awstralja li ta’ kull sena jwaqqaf lill-Awstralja kollha, u mhux biss dawk li jhobbu t-tigrijiet taz-zwiemel. L-Emirates tisponsorja varjetà kbira ta’ sport li jinkludu l-futbol, l-ibburdjar, il-golf, it-tennis, il-cricket u r-rugby.

Ir-rebbieh jinghata t-Tazza l-Kbira ghal sena, premju li zgur ikun ilu jistenna! Il-premju ghall-Finali hu ta’ €3,900 u jikkonsisti fi premju ta’ €2,500 ghal min jigi l-ewwel, premju ta’ €800 ghal min jigi fit-tieni post; premju ta’ €400 ghat-tielet post u €200 ghal min jigi r-raba’. Dawk li jigu fl-ewwel erba’ postijiet jinghataw trofew kull wiehed. Ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira jinghata wkoll ghata tal-Emirates ghaz-ziemel tieghu.

Dr Brincat, f’isem l-MRC, il-gerrejja taz-zwiemel u partitarji ta’ dan l-isport, irringrazzja lill-Emirates talli regghet tat l-ghajnuna finanzjarja mehtiega. “L-ghajnuna lil It-Tazza l-Kbira tikkonferma wkoll l-impenn ta’ Emirates biex tappoggja inizjattivi u tradizzjonijiet li jfissru hafna ghal Maltin. Dan ukoll hu l-ghan taghna, li niggeneraw kompetizzjonijiet ewlenin u attraenti fil-korsa tal-Marsa u li jipprovdulna gerrejja ta’ kalibru gholi li jkomplu jikkompetu b’success f’uhud mill-aktar korsi tat-tigrijiet maghrufa fl-Ewropa,” qal Dr Brincat.

Emirates topera titjira kuljum minn Dubaj ghal Malta b’waqfa f’Larnaca, Cipru. Dan is-servizz joffri wkoll lill-passiggieri ta’ Emirates ghazla li jivvjaggaw bejn Malta u Larnaca.