Tuesday 29th September 2020
Finali BOV Tazza l-Kbira


Kmieni wara nofsinhar telgħat il-polza taż-żwiemel finalisti li se jipparteċipaw fil-BOV Tazza l-Kbira nhar il-Ħadd 11 t’Ottubru. Il-polza ttellgħat fil-Malta Racing Club fil-preżenza tas-sidien ta’ l-istess żwiemel fejn minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid19 għall-ewwel darba ma’ kienux huma stess li tellaw n-numru.


 


Filfatt filwaqt li c-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg tella’ l-isem taż-żiemel kien l-Executive PR u Marketing Manager tal-Bank of Valletta Charles Azzopardi li tella’ n-numru abbinat miegħu.


 


Din is-sena din il-kompetizzjoni qed issir fit-tieni parti ta’ l-istaġun peress li f’Marzu li għadda t-tiġrijiet taż-żwiemel kienu ġew sospiżi minħabba l-pandemija. Madanakollu l-interess iġġenerat fost is-sidien kien wieħed straordinarju hekk kif kellna numru rekord ta’ żwiemel fl-ogħla kategorija u għalhekk saru 7 heats biex minnhom għaddew 28 żiemel li ġrew fi tliet semi finali li saru nhar il-Ħadd u b’hekk sirna nafu t-tnax il-finalist.


 


F’waħda minn dawn is-semi finali ġie rreġistrat l-aħjar ħin qatt irreġistrat fit-Tazza l-Kbira hekk kif Vivaldi du Vivrot misjuq miż-żagħżugħ Anton Cassar irreġistra 1’13”7 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2640m. Madankollu il-ħin rekord tal-finali huwa dak ta’ 1’14”5 li ġie rreġistrat miż-żiemel Up And Go is-sena l-oħra.


 


Iż-żwiemel se jitilqu b’dawn in-numri:


 


1. ANDANTE


2. GLENN BOKO


3. PAPARAZZI


4. BIG MATCH


5. VANDERLOV


6. R.G.’S THUNDERBOLT


7. VASCO DE VIETTE


8. ALF DE MELANDRE


9. VICHENKO CHEF


10. VIVALDI DU VIVROT


11. XCEED G.T.


12. OUTPUT PRESSURE


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club