Wednesday 12th August 2020
Finali Kampjonat tas-Sajf MRTL


Nhar il-Ħadd li ġej fil-Korsa tal-Marsa se jsiru 7 finali mill-Kampjonat tas-Sajf MRTL f’ċirkostanzi straordinarji fejn filwaqt li s-soltu nkunu qed nistennew folla ta’ madwar elfejn ruħ minħabba r-restrizzjonijiet imposti sabiex tiġi kkontrollata l-pandemija tal-Covid19 l-attendenza hija limitata għal 300 ruħ.


 


Il-kompetizzjoni matul dan il-kampjonat kienet waħda fenomenali fejn b’kollox saru 10 laqgħat għal total ta’ 90 tiġrija li fihom iż-żwiemel kellhom iċ-ċans jiġru massimu ta’ tliet darbiet sabiex jakkwistaw punti skond l-ordni li jidħlu fiha mill-ewwel sa’ l-għaxar post. 438 żiemel akkwistaw punti sabiex intgħażlu 12 il-żiemel f’kull waħda mis-seba’ kategoriji sabiex il-Ħadd 84 żiemel se jkunu qed jaspiraw li jirbħu wieħed mis-seba’ unuri.


 


Matul dan il-programm se jitqassmu total ta’ €10,275 fi premjijiet filwaqt li l-ewwel erbgħa f’kull tiġrija se jingħataw trofew u kull żiemel rebbieħ għata kommemorattiva.


 


Peress li l-pubbliku in ġenerali qed jiġi mitlub isegwi minn djaru dawn il-finali, il-Malta Racing Club għamel arranġamenti sabiex is-serata kompluta tixxandar dirett fuq YouTube kif ukoll il-paġna FaceBook tal-Malta Racing Club.


 


Apparti l-ogħla uffiċjali tal-Malta Racing Club għall-preżentazzjoni tat-trofej mistennija jkun hemm żewġ diretturi tal-Konsorzju Marsa Race Track Limited is-Sinjuri Frankie Schembri u Johann Farrugia.


 


L-ewwel finali tibda fis-7:00 pm.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/03/20