Monday 20th April 2020
Sospensjoni tat-Tigrijiet

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club qed javża li sakemm l-Awtoritajiet tal-Pajjiż ma' jagħtux il-permess li jistaw jiġu organiżżati attivitajiet sportivi mingħajr biża ta' tixtrid tal-virus Covid19, it-tiġrijiet se jibqaw sospiżi indefinittivament.


Għalkemm nafu li kulħadd jixtieq li jerġa jitkompla l-istaġun pero' kulħadd għandu jirrispetta l-ordnijiet li qed jingħataw għall-ġid ta' kulħadd.


Infakkru ukoll li sakemm tinħareġ notifika oħra ħadd ma jista jorganiżża galoppi fi gruppi kemm fil-korsa prinċipali kif ukoll fl-antika. Għat-taħriġ taż-żwiemel u permess li jidħol il-ġerrej u bniedem wieħed biss ma kull żiemel. Tlajjar fil-paddock u fil-korsa mhux permess.


Ir-regoli kollha l-oħra ta' matul is-sena dwar min u kif jista juża l-korsa inkluża l-antika għadhom kollha fis-seħħ.


Min jinqabad jikser dawn l-istruzzjonijiet jittieħdu passi dixxiplinarji severi kontrih.