Wednesday 4th December 2019
L-Aħħar Tappa Kampjonat tal-Mediterran


Nhar il-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa del Mediterraneo f’Siracusa se ssir l-aħħar tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran fejn ir-rappreżentant Malti se jkun is-sewwieq Għawdxi Julian Farrugia.


 


It-tiġrija hija is-seba’ waħda fil-programm u mistennija titlaq fis-17:50. Din hija fuq distanza ta’ 1600m fejn għandha premju totali ta’ €4180. Farrugia se jitlaq bin-numru 1 biż-żiemel Stevemcqueen Treb.


 


Malta bħalissa tinsab fit-2 post tal-klassifika ġenerali 4 punti taħt Franza u 5 punti aktar mill-Italja. Din it-tiġrija finali ġġorr magħha punti doppji għalhekk kollox jiddependi mill-prestazzjoni ta’ kull sewwieq.


 


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/15/19