Wednesday 16th October 2019
Finali Tazza tal-President


Id-19 il-edizzjoni tat-Tazza tal-President se ssir nhar il-Ħadd 27 t’Ottubru bl-aħħar dettalji jitħabbru llum wara nofsinhar fil-preżenza tas-sidien li għandhom it-tnax il-żiemel finalist.


 


Din il-finali bħas-soltu se tkun taħt il-Patronċinju tal-President ta’ Malta u filfatt din ser tkun l-ewwel waħda taħt il-President attwali l-Eċċellenza Tiegħu t-Tabib Ġorġ Vella. Għalkemm hija finali tat-tiġrijiet taż-żwiemel pero’ l-iskop huwa wkoll li jinġabru fondi b’riżq il-Malta Community Chest Fund Foundation.


 


F’isem il-Kunsill tal-Malta Racing Club, il-Konferenza stampa ġiet indirizzata mill-Koordinatur għall-midja u r-Relazzjonijiet Pubbliċi s-Sinjura Lorraine Cunningham fejn bdiet billi ferħet lis-Sidien u l-Ġerrejja kollha li rnexxielhom jaslu sa din il-finali prestiġjuża li hi meqjusa bħala t-tieni l-aqwa unur għat-tiġrijiet tat-trott lokali wara t-Tazza l-Kbira.


 


Din is-sena dan il-Kampjonat sar aktar kmieni mis-sena l-oħra sabiex jagħti spazju liż-żwiemel kollha tal-Klassi Premier li jikkompetu. It-Tazza tal-President din is-sena hija ffinanzjata kollha mill-Malta Racing Club stess u kien qed jispera li bħas-snin preċedenti s-sidien ikunu ġenerużi u jiddonaw parti sostanzjali mill-premjijiet mirbuħa lill-Malta Community Chest Fund Foundation.


 


Apparti l-premju tal-flus, dawk li jidħlu fl-ewwel erba’ postijiet ħa jirċievu trofej kommemorattivi filwaqt li r-rebbieħ inaqqax ismu fuq it-trofew xogħol l-artist George Muscat liema Trofew kien ġie kkummisjunat mill-President Emeritus George Abela. Iż-żiemel rebbieħ jingħata wkoll għata tifkira ta’ l-okkażżjoni.


 


L-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta diġà kkonferma l-preżenza tiegħu għal din il-finali fejn bħas-soltu se tkun waħda ta’ spettaklu. Il-programm se jinkludi tiġrija tal-ponijiet shetland bit-trott misjuqa mit-tfal ta’ l-Akkademja tat-Tiġrijiet filwaqt li kif inhi t-tradizzjoni se jkunu t-tfal stess li jwasslu lil-ġerrejja għall-preżentazzjoni tat-tifkira ta’ l-okkażjoni.


 


Mal-wasla tal-President ta’ Malta iż-żagħżugħ Neil Aquilina se jkun qed jilqaw bil-kant ta’ l-Innu Malti filwaqt li jonora lir-rebbieħ billi jinterpreta diska ta’ l-okkażżjoni hekk kif jitħabbar ir-riżultat uffiċjali.


 


Il-programm ta’ tiġrijiet mistenni jibda fis-1:15 pm filwaqt li l-finali ssir fl-4:15 pm.


 


Fost iż-żwiemel finalisti insibu r-rebbieħ tas-sena l-oħra Global Oracle.


Fl-aħħar ta’ din il-Konferenza Stampa, s-Sidien taż-Żwiemel Finalisti għażlu huma stess n-numri li bihom se jitilqu wara l-karozza f’din l-ordni:


1.       1. ULYSSE DU BOUCHET (Paul Galea)


2.      2.  AXEL TILLY (Charles Camilleri)


3.      3. VISCONTI (Jesmar Gafa’)


4.     4.  STORMBRINGER G.R. (Rodney Gatt)


5.    5.  VICHENKO CHEF (Noel Baldacchino)


6.     6.  MIND YOUR FACE (Clint Vassallo)


7.    7.UNTIL OAKS (Owen Borg)


8.   8.    GLOBAL ORACLE (Cliferty Calleja)


9.   9.    VAKATO (Chris Grech)


10. 10. ALAIN D’OCCAGNES (Ludvig Ghigo)


11.  11. UN AMOUR DU PONT (Andrew Farrugia)


12.  12.  ULTRA DE VINDECY (Michael Ellul)


Lista tar-Rebbieħa Preċedenti tat-Tazza tal-President:


 


Sajf 1992         Zito Bob (Tony Tanti)


1992/1993       Sanit (Charles Clifton)


1993/1994       Alto Be (Frencu Cassar)


1994/1995       Major Bill (John Briffa)


1995/1996       Huggie Hanover (Raymond Clifton)


1996/1997       Huggie Hanover (Raymond Clifton)


1997/1998       Captain Trackline (Joseph Scicluna)


1998/1999       Bambin d’Orleans (Philip Giordmaina)


2004                Huit Mars (Michael Seychell)


2010                Lucas Ness (Mario Farrugia)


2011                Livi Cantona (Charles Camilleri)


2012                Mont Cenis Honey (Noel Baldacchino)


2013                Gently di Poggio (Brian Zammit)


2014                Pedro Vici (Johann Axisa)


2015                Vasterbo Paradise (Claudio Refalo)


2016                Uhal Berven (Rodney Gatt)


2017                Tip Top Nelliere (Michael Ellul)


2018                Global Oracle (Noel Baldacchino)


 


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/11/19