Tuesday 16th April 2019
Finali BOV Tazza l-Kbira


Dalgħodu waqt Konferenza Stampa li saret fil-Board Room tal-Malta Racing Club, is-Sidien taż-żwiemel finalisti fil-BOV Tazza l-Kbira tellaw il-polza tan-numri tat-tluq wara l-karozza.


 


Sabiex intagħżlu t-tnax il-finalist segwejna proċess ta’ sitt heats li fihom ġrew 72 mill-aqwa żwiemel u wara żewġ semi finali. Il-BOV Tazza l-Kbira hija l-aktar tiġrija prestiġjuża fil-kalendarju tat-tiġrijiet lokali li tradizjonalment tinġera fuq distanza ta’ 2640m. Il-prestiġju ta’ dan l-unur mhuwiex biss dovut għall-fatt li din il-finali iġġorr magħha l-akbar premju għat-tiġrijiet organiżżati mill-Malta Racing Club.


 


It-tlugħ ta’ dawn il-poloz sar fil-preżenza tac-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg u Charles Azzopardi Executive PR u Marketing tal-Bank of Valletta.


 


Ic-Chairman tal-Malta Racing Club saħaq li dawn il-poloz jafu jiddeterminaw l-andament tat-tiġrija speċjalment jekk ikollok żwiemel li jippreferu jiġru fuq quddiem jew ma jkunux iridu jinqabdu fuq in-naħa ta’ ġewwa. Għalkemm ir-rebbieħ ħadd ma jista jbassru, li hu żgur li din is-sena ser ikun żiemel ġdid li jnaqqax ismu fuq dan it-trofew prestiġjuż.


 


Il-passjoni tas-sidien, sewwieqa kif ukoll dawk kollha nvoluti f’dan l-isport huwa wieħed ammirabli u aħna ninsabu sodisfatti li din is-sena rġejna qed insostnu dan l-avveniment prestiġjuż, qal is-Sur Azzopardi. L-isport huwa parti ntegrali mill-parteċipazzjoni fil-komunita fejn jopera l-Bank of Valletta u nieħdu din l-opportunita sabiex nawguraw lill-finalisti kollha l-aqwa prestazzjoni li jista jkollhom f’din il-finali.


 


Il-finali tat-Tazza l-Kbira ser issir nhar il-Ħadd 28 t’April fejn bħas-soltu l-Malta Racing Club qed tipprepara programm varjat għall-familja kollha.


 


 


1.    UPMAN


2.    TALLIEN


3.    UP AND GO


4.    SANDSJONS REVENUE


5.    AXEL TILLY


6.    UNO DANCER


7.    ULTRA DE VINDECY


8.    UN CARLESS BLUE


9.    UN AMOUR DU PONT


10. I WON’T DANCE


11. UTTINGEOIS


12. PAPARAZZI