Sunday 2nd December 2018
Clint Vassallo it-3 f'Vincennes

Is-Sibt wara nofsinhar is-sewwieq Clint Vassallo rnexxielu jispiċċa fit-tielet post biż-żiemel Viking Dream fil-Korsa ta' Vincennes hekk kif kien qed jirrappreżenta lil Malta fil-Prix de Rencontres.  Vassallo ma kienx qed jibda bħala wieħed mill-favoriti iżda kellu tiġrija tajba għalkemm il-kundizzjonijiet tat-temp kienu ħżiena waqt xita kontinwa.