Monday 30th April 2018
Finali Kampjonat Krafft


Nhar il-Ħadd li ġej issir il-finali tal-Kampjonat Krafft riservat għal żwiemel tal-Klassi Silver.  Dan il-Kampjonat kien l-itwal wieħed mill-Kampjonati kollha peress li din il-klassi fiha ammont kbir ta’ żwiemel u għaldaqstant kellhom jidħlu 4 fażijiet biż-żwiemel jiġru l-heats fl-24 ta’ Marzu, kwarti tal-finali fis-7 t’April u s-semi finali fl-20 t’April.


 


Kienu 113 il-żiemel li pparteċipaw fl-ewwel fażi u issa nhar il-Ħadd se jkunu 11 li ser jippuntaw jirbħu dan l-unur wara li wieħed mir-rebbieħa tas-semi finali mhux ser jipparteċipa.


 


Id-distanza tal-finali hija 2140m u bħala fond ta’ premjijiet hemm total ta’ €1600 bir-rebbieħ jieħu €900.


 


Din it-tiġrija tkun is-sitt waħda fil-programm u tibda fl-3:45 pm


 


 


 


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


MRC/08/18