Wednesday 11th April 2018
Finali BOV Tazza l-Kbira

Il-Finali tal-‘BOV Tazza l-Kbira’se ssir fit-22 ta’ April


In-numri tat-tluq wara l-karozza ittellgħu mis-sidien taż-żwiemel


 


In-numri tat-tluq wara l-karozza fil-Finali tal-‘BOV Tazza l-Kbira 2018’ ittellgħu mis-sidien taż-żwiemel matul konferenza stampa li saret fil-Malta Racing Club.


 


Il-‘BOV Tazza l-Kbira’ hija l-aktar tiġrija prestiġjuża fil-kalendarju lokali tat-tiġrijiet taż-żwiemel u t-tiġrija tkun fuq distanza ta’ 2640 metru. It-12-il finalist ġew determinati minn 68 żiemel tat-trott li jiġru fl-ogħla klassi wara sensiela ta’ 6 heats u tliet semifinali. Sfortunatament wieħed minn dawn ġew irtirati mill-finali qabel it-tlugħ tal-poloz minħabba li safa' mweġġa.


 


Is-Sur Thomas Cunningham, Segretarju Ġenerali tal-Malta Racing Clubu s-Sur Charles Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta flimkien mas-sidien taż-żwiemel finalisti tellgħu l-poloz għan-numri li se jibdew bihom.


 


‘Din is-sena l-‘BOV Tazza l-Kbira’ mhux biss kellha numru akbar ta’ żwiemel jieħdu sehem, imma se jkollha marbut magħha wkoll l-akbar premju fi flus tas-sena, li jikkonferma dan it-trofew bħala l-akbar avveniment tal-istaġun’ qal is-Sur Thomas Cunningham. ‘Fil-finali se naraw numru ta’ żwiemel tat-trott li huma ġodda fuq il-gżira, kif ukoll żwiemel li huma diġa stabiliti lokalment. Aħna ninsabu kuntenti ferm li hawnhekk magħna llum għandna lis-sidien taż-żwiemel, u kif inhi t-tradizzjoni huma stess se jkunu qed itellgħu n-numri li se jibdew bihom fil-finali, biex b’hekk niżguraw it-trasparenza.’


 


‘Jiena nixtieq nieħu din l-opportunità biex nawgura lis-sidien kollha taż-żwiemel hawnhekk preżenti l-aqwa prestazzjoni fil-finali tal-‘BOV Tazza l-Kbira’’, qal is-Sur Azzopardi. ‘Il-Bank of Valletta huwa sinonimu ma’ avvenimenti sportivi ta’ profil għoli f’Malta u f’Għawdex u huwa pjaċir tagħna li għal darb’oħra se nkunu qed nappoġġjaw l-aqwa tiġrija tat-trott f’Malta’.


 


Il-finali tal-‘BOV Tazza l-Kbira’ se ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ April 2018 bl-ispettaklu fil-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa jibda fis-1:30 pm. It-tiġrija se tinkludi 11 il-żiemel li se jkunu qed jippruvaw inaqqxu isimhom fuq dan it-trofew prestiġjuż, bi tlieta minnhom diġa kienu finalisti fit-tiġrija tas-sena l-oħra – Service Secret, Midsummer King u Tanguy de Nappes filwaqt li Brigadoon kien finalist fl-2016. It-tiġrija tinkludi żwiemel minn Franza, l-Iżvezja u l-Italja.


 


Kif mistenni qed jitħejja wkoll programm ta’ divertiment speċjali li se jinkludi l-parteċipazzjoni tal-Malta Mini Owners Club li se jkunu qed jesebixxu l-vetturi tagħhom kif ukoll jieħdu sehem fil-parata tal-finalisti billi jwasslu lis-sidien saż-żona tal-preżentazzjoni. Is-sewwieqa se jitwasslu fuq vetturi u karrettuni qodma miġbuda miż-żwiemel.


 


Iż-żwiemel finalisti se jitmexxew mir-rebbieħ tat-Tazza l-Kbira tal-2011 Kakisis.


 In-numri taż-żwiemel kif telgħu u l-ġerrejja tagħhom:


 1. Service Secret - Andrew Farrugia


2. Paparazzi - Mark Bonnici


3. Rififi Nonantais - George Attard


4. Urac - Jesmar Gafa'


5. Tchao Chamant - Shawn Axisa


6. Midsummer King - Clint Vassallo


7. Brigadoon - Julian Farrugia


8. Urgah du Rib - Charles Camilleri


9. Tyrol de Feugeres - Rodney Gatt


10. Tip Top Nelliere - Michael Ellul