Thursday 1st March 2018
Finali Kampjonat Assikura

Il-Kumpanija Assikura Insurance Brokers ilha issa għal bosta snin tassoċja ruħha mat-tiġrijiet taż-żwiemel lokali permezz ta’ sponsorship ta’ kampjonat tat-trott.  Din is-sena il-Kampjonati kienu tnejn riservati għall-klassijiet Gold u Bronze fuq distanza ta’ 2140m.


 


Dettalji dwar dawn iż-żewġ kampjonati ingħataw waqt Konferenza Stampa li saret il-Ħamis wara nofsinhar fil-Board Room  tal-Malta Racing Club u li kienet indirizzata mic-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg u l-Managing Director ta’ Assikura Insurance Brokers Andrew Grech.


 


Il-konkorrenza għal dawn iż-żewġ kampjonati kienet waħda tajba ħafna fejn fil-klassi Gold kellhom isiru sitt heats preliminarji nhar il-Ħadd 4 ta’ Frar bil-parteċipazzjoni ta’ sebgħin żiemel fosthom numru ta’ debuttanti. Minn dawn ikkwalifikaw 24 li ġrew f’żewġ semi finali nhar il-Ħadd 25 ta’ Frar sabiex saru magħrufa t-tnax il-finalist.


 


Preżenti għal din il-Konferenza Stampa kien hemm ukoll is-sidien taż-żwiemel finalisti sabiex kienu huma stess li tellaw in-numri li bihom iż-żwiemel se jitilqu wara l-karozza tat-tluq.  Iż-żewġ finali se jsiru l-Ħadd 11 ta’ Marzu u barra trofej lill-ewwel erbgħa li jispiċċaw fiż-żewġ finali se jkun hemm fond total ta’ premijiet li jammonta għal €2400.


 


Il-finali tal-Klassi Gold se tkun it-8 tiġrija tal-programm u dawn huma n-numri kif imtella waqt il-Konferenza Stampa:


 


1. UGO DACHEUX


2. TEMPS PERDU


3. UVEO DE MAZA


4. TINO DE TORTIERE


5. HALLAS JUDEX


6. LAJOS CELLA


7. MAD NEO


8. SOLIDE DU JAYLE


9. ULTIME DES BORDES


10. TOM DES RIVIERES


11. SAM FORGET


12. STARO EVERGREEN


 


Fi Klassi Bronze kellna tmien heats preliminarji li minħabba l-maltemp saru fuq żewġ t’iħdud nhar il-11 u 18 ta’ Frar.  Minn total ta’ 88 parteċipant ikkwalifikaw 32 li ħadu sehem fi tliet semi finali li saru ukoll il-Ħadd 25 ta’ Frar u li minnhom ikkwalifikaw 12 għal finali. Sfortunatament wieħed miż-żwiemel, Oregon Frontline, kien skraċċjat qabel il-Konferenza Stampa għalhekk mhux ser jiġri fil-finali.



Il-finali tal-Klassi Bronze se tkun il-5 tiġrija tal-programm u dawn huma n-numri li bihom se jitilqu iż-żwiemel finalisti:



1. FART KLOSTER

2. REVEAL CHAMP BLANC

3. DAMITA

4. BAD BOY

5. CAIPIRINHA ROYAL

6. ALTESSE ATOUT

7. VERJAK HEULINOIS

8. GLAMOROUS

9. UJIPEY MORVAN

10. DREAM OF DUPA

11. CELEBRE SUBLIGNAIS











Lorraine Cunningham

Public Relations & Media Officer

Malta Racing Club



MRC/05/18