Sunday 21st January 2018
ELEZZJONI GĦAR-RAPPREŻENTANTI TAS-SIDIEN U L-ĠERREJJA

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club javza li ser jibda jilqa n-nomini għal min jixtieq jikkontesta sabiex jirrappreżenta lis-Sidien u l-Ġerrejja fil-Kunsill tal-Malta Racing Club matul l-istaġun 2018.


Min jixtieq jikkontesta jista jiġbor il-formola tan-nomina mill-Uffiċċju tal-Malta Racing Club u jrid ikun membru mħallas bħala sid jew ġerrej.  Fuq il-formola irid iġib il-firma ta' min jinnominah u żewġ sekondanti.


In-nominazzjonijiet jintlaqaw fl-Uffiċċju tal-Malta Racing Club bejn nhar it-Tlieta 30 ta' Jannar u l-Ħadd 4 ta' Frar sa nofsinhar. Nominazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.  Kull nominazzjoni trid tkun akkumpanjata b'ritratt tal-kontestant.


L-elezzjoni sabiex jiġu eletti t-tliet rappreżentanti fil-Kunsill tal-Malta Racing Club ser issir fuq tliet t'ijiem bejn id-9 u l-11 ta' Frar 2018,  Importanti li l-membri kollha tal-Malta Racing Club jipparteċipaw f'din il-votazzjoni tar-rappreżentanti tagħhom.


Sabiex il-votazzjoni tkun faċli għal kulħadd nhar id-9 ta' Frar il-votazzjoni ser tkun Għawdex għas-Sidien u Ġerrejja Għawdxin.


Eliġibbli biex jivvutaw ser ikunu dawk is-Sidien u l-Ġerrejja mħallsa sas-7 ta' Frar 2018.