Thursday 20th April 2017
Poloz BOV Tazza l-Kbira

Il-Finali tal-BOV Tazza l-Kbira għall-Ħadd 30 t’April


In-numri mtella’ mis-Sidien stess


 


In-numri li bihom se jitilqu ż-żwiemel finalisti tal-BOV Tazza l-Kbira 2017 ittellgħu illum waqt konferenza stampa li saret il-Malta Racing Club.


 


Il-BOV Tazza l-Kbira hija l-akbar unur fil-kalendarju lokali tat-tiġrijiet tat-trott. Fuq distanza ta’ 2,640m l-aqwa 72 żiemel f’Malta jaspiraw li jirbħu dan l-unur. Biex ġew determinati t-12 il-finalist saru serje ta’ 6 heats kif ukoll żewġ semi finali.


 


Il-poloz ttellgħu mis-sidien taż-żwiemel finalisti stess fil-preżenza taċ-Chairman tal-Malta Racing Club, is-Sur Edwin Borg u l-Kap tal-PR u Marketing tal-Bank of Valletta is-Sur Charles Azzopardi.


 


Il-Finali tal-BOV Tazza l-Kbira mhiex biss spettaklu ta’ l-aqwa żwiemel fuq din il-gżira iżda tinkludi wkoll programm varjat għall-familja kollha. Is-Sur Edwin Borg qal li jinsab kuntent li numru konsiderevoli ta’ żwiemel ġodda pparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is-sena li jawgura tajjeb għall-futur ta’ dan l-isport. Filfatt il-kompetizzjoni din is-sena tidher li hi akbar minn snin preċedenti u ma jidhirx li se jkun hemm żiemel aktar favorit mill-oħrajn iżda jaħseb li din il-finali se tkun waħda bbilanċjata.


 


Il-Bank of Valletta huwa rinomat għas-sostenn tiegħu lejn l-akbar attivitajiet sportivi li jsiru f’Malta u Għawdex. Dan qalu is-Sur Azzopardi fejn żied li xtaq jieħu l-opportunita sabiex jawgura tiġrija mill-aqwa lis-sidien kollha preżenti kif ukoll lill-ġerrejja finalisti filwaqt li spera li l-pubbliku in ġenerali ikollu esperjenza sabiħa.


 


Il-Finali tal-BOV Tazza l-Kbira se ssir il-Ħadd 30 t’April bl-ispettaklu fil-Korsa tal-Marsa jibda għas-2:00 pm. Fost it-12 il-żiemel finalist insibu wieħed, Donald Duck Tooma, li kien ukoll fil-finali ta-sena l-oħra. Il-finalisti ġejjin minn 4 pajjiżi differenti – Svezja (5), Franza (5), l-Italja (1) u Danimarka (1).


 


Iż-żwiemel finalisti huma dawn:


 


1 - JAGUAR BROLINE


2 - CAREFUL VICTORY


3 - MIDSUMMER KING


4 - OVERTAKER BY SIB


5 - SERVICE SECRET


6 - VASTERBO PARADISE


7 - DONALD DUCK TOOMA


8 - SUPERCOOL LANGKJAER


9 - TANGUY DE NAPPES


10 - UCCELLO JET


11 - UHAL BERVEN


 


12 - TONIO DU VIVIER