Tuesday 20th December 2016
MRC CHAMPION TROTTERS

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club iddeċieda li jorganiżża żewġ tiġrijiet sabiex jiġu deċiżi l-aqwa żewġ t'iżwiemel tal-kategoriji rispettivi.


Il-parteċipanti ta' dawn iż-żewġ tiġrijiet ikunu bi stedina skond il-klassifika ta' l-aktar żiemel konsistenti. Iż-żewġ tiġrijiet ser ikunu bil-vantaġġ sabiex il-klassijiet ikunu aktar bilanċjati.


Dawn iż-żewġ tiġrijiet ser isiru fl-ewwel meeting ta' l-istaġun nhar il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017. Id-distanza tkun 2160m.


L-ewwel finali tkun għall-klassijiet Premier, Gold u Silver fejn jintagħżlu l-ewwel 4 ta' kull klassi mill-klassifika. Tal-Premier jitilqu +40m u tal-Gold +20m.


Il-finali l-oħra tkun għall-klassijiet Bronze u Copper fejn jintagħżlu l-ewwel 6 ta' kull klassi mill-klassifika. Tal-Bronze jitilqu +20m.


Peress li żiemel eliġibbli jista jkun li biddel il-klassi matul l-istaġun dan jipparteċipa fil-klassi li l-aktar ikun rebaħ tiġrijiet fiha. Jekk ikun għamel hekk f'aktar minn klassi waħda allura jkun l-MRC li jiddeċiedi fliema klassi jipparteċipa.


Żwiemel li inqabdu bid-doping matul l-istaġun mhumiex eliġibbli li jiġu mistiedna. Is-sidien taż-żwiemel eliġibbli jiġu kkuntattjati biex jikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom. F'każ li jkun hemm min ma jridx jieħu sehem jitagħżel iż-żiemel li jkun imiss mill-istess klassi.


Il-kitba għal dawn iż-żewġ tiġrijiet hija ta' 60 ewro Premier/Gold/Silver u 40 ewro Bronze/Copper.


It-tiġrija tal-Premier/Gold/Silver ser ikollha fond totali ta' 8,500 ewro fi premjijiet u dik tal-Bronze/Copper 3,750 ewro.


L-ewwel erbgħa f'kull tiġrija jingħataw tifkira. Ser jiġu inawgurati żewġ trofej li jinżammu għal-sena mis-sidien rebbieħa.