Tuesday 25th October 2016
Finali Kampjonat Johnnie Walker

Bħal f’dawn l-aħħar snin l-ewwel kampjonat wara l-waqfa tas-Sajf huwa dak sponsorjat mid-ditta M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd għat-Tazza Johnnie Walker riservat għall-Klassi Gold li l-finali tiegħu ser issir il-Ħadd 6 ta’ Novembru. Din tkun is-7 tiġrija u tibda fl-4:05.


 


Bħas-sena l-oħra saru ħames tiġrijiet kwalifikattivi li minnhom 20 żiemel għaddew għaż-żewġ semi finali li saru l-Ħadd 23 t’Ottubru biex għalhekk issa nafu min huma l-10 finalisti.


 


Il-fond ta’ premjijiet jammonta għal-1600 Ewro bir-rebbieħ jieħu 900 Ewro kif ukoll trofej li tħejjew għal ta’ l-apposta għal dawk li jispiċċaw fl-ewwel erba’ postijiet. Ir-rebbieħ ser jingħata wkoll għata kommemorattiva. Barra minn hekk is-sid taż-żiemel rebbieħ ser jingħata flixkun Johnnie Walker Blue Label, tat-tieni Johnnie Walker Platinum, tat-tielet jinghata Johnnie Walker Gold u r-raba’ post Johnnie Walker Green Label.Apparti hekk is-sid rebbieħ jingħata d-dritt li jżomm għal sena it-trofew Johnnie Walker li kien inawgurat fl-1939. Ir-rebbieħ tas-sena l-oħra kien iż-żiemel One Photo misjuq minn Charles Debono li din is-sena irnexxielu jasal biss sa l-ewwel fażi ta’ dan il-kampjonat.


 


Bħal dejjem nixtiequ nirringrazzjaw lil-isponsor M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd speċjalment il-Marketing Manager is-Sur Alfred Braddick tal-fiduċja li reġaw tawna biex jerġa jiġi organiżżat dan il-kampjonat li issa sar wieħed mistenni mid-dilettanti kollha.


 


Għal din il-konferenza stampa, apparti l-membri tal-media, ġew mistiedna wkoll is-sidien taż-żwiemel finalisti sabiex huma stess tellaw in-numru li bih iż-żiemel ser jitlaq wara l-karozza. Il-Konferenza stampa kienet indirizzata mic-Chairman tal-Malta Racing Club is-Sur Edwin Borg u il-Marketing Manager to M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd is-Sur Alfred Braddick.


 


Iż-żwiemel finalisti ser jitilqu b’dawn in-numri:


 


1.       Sullian du Mouty


2.       Blizzard AD


3.       Solide du Jayle


4.       Voyou Atout


5.       Power To Be


6.       Lover Roc


7.       Eklas Superior


8.       Energitj


9.       Qurieux du Ponchet


10.   Digital Motion


 


Nawguraw tiġrija mill-isbaħ lill-parteċipanti kollha.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


MRC/08/16