Wednesday 27th July 2016
Kampjonat Ewropew Ghall-Gerrejja Professjonali

Nhar il-Ħamis Noel Baldacchino ser iħalli Malta għall-Ġermanja sabiex l-għada jieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew għal Sewwieqa Professjonali. Dan il-Kampjonat ser isir fil-Korsa ta’ Berlin Mariendorf u kull sewwieq ser jipparteċipa f’sitt tiġrijiet fuq distanza ta’ 1900m.


 


Jieħdu sehem f’dan il-Kampjonat hemm tnax il-pajjiż – Gerhard Mayr (Awstrija), Rik Depuydt (Belġju), Birger Jorgensen (Danimarka), Mika Forss (Fillandja), Matthieu Abrivard (Franza), Michael Nimczyk (Ġermanja), Enrico Bellei (Italja), Csaba Lakatos (Ungerija), Noel Baldacchino (Malta), Rick Ebbinge (Olanda), Eirik Hoitomt (Norveġja) u Bjorn Goop (Svezja).


 


Kull sewwieq jingħata punti skond il-pożizzjoni li jidħol fiha u min jakkwista l-akbar ammont ta’ punti jiġi ddikjarat ic-Champion ta’ l-Ewropa.


 


Baldacchino li għandu 45 sena sar champion ta’ Malta għall-ewwel darba fl-istaġun 2000/2001. Huwa reġa rebaħ dan l-unur 8 darbiet oħra fl-istaġun 2001/2002, 2007, 2008, 2010, 2011, 2012, 2013 u 2015. Din is-sena jinsab fil-quċċata tal-klassifika fejn diġa rebaħ 55 tiġrija.


 


Is-sitt tiġrijiet li ħa jsuqu fihom jibdew fl-4:00 ta’ wara nofsinhar u Noel Baldacchino ser isuq dawn iż-żwiemel – No. 11 Quick de Valdieu, No. 6 Inzagi, No. 12 Strauss, No. 11 Belee Cass, No. 8 Luca Brasi u No. 11 Deejaybo v Assum.


 


F’isem kulħadd nawguraw riżultat pożittiv lil Baldacchino f’dan il-Kampjonat ferm prestiġjuż.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/06/16