Wednesday 8th June 2016
Ftehim ma l-IZIBET

Malta, (Ġunju, 2016), Il-Malta Racing Club ghanda l-pjacir tħabbar li ffirmat ‘sponsorship’ agreement mal-IZIBET li din tal-aħħar se tkun it-Title sponsor tal-kalendarju tat-tiġrijiet taż-żwiemel Franciżi f’Malta ghat-tlett snin li ġejjin.


L-isponsorship se jilhaq il-qofol tiegħu fit-12 ta’ Ġunju fil-finali tat-tiġrijiet taż-żwiemel Franciżi. It-tieni parti tal-proġramm jidħol fis-sehh f’Ottubru u Novembru ta’ din is-sena.


Minn naha tieghu, is-Sur Franco Degabriele, Direttur tal-kumpanija Izibet, filwaqt li rringrazzja lill-ufficjali tal-Malta Racing Club ghall-hidma taghhom biex ikomplu jkabbru dan l-isport fi gziritna, tenna li l-kumpanija tieghu hija kburija li qieghed tassocja ruhha ma' sport daqstant popolari fil-gzejjer Maltin. "Bhala kumpanija ahna konxji tal-popolarita' ta' dan l-isport. Konxji wkoll li l-kampjonati ghal zwiemel Francizi huma fost l-aktar mistennija fil-kalendarju tat-trott lokali u li jmorru lura sal-2003. Izda b'differenza mis-snin li ghaddew, din id-darba, u ghall-ewwel darba, se nkunu qieghed ninghaqdu mal-club Malti, l-assocjazzjoni Franciza Le Trot u s-siehba taghna PMU biex inkomplu naghmlu dawn it-tigrijiet akbar u aktar eccitanti," qal Degabriele.


 


Is-Sur Degabrieleziedjghid li din is-shubijaminnnaha ta' Izibet mal-MRC u Le Trot taghmelpartiwkoll mill-istrategijatal-kumpanijatieghubiextkomplitaghmel it-tigrijiet fi Franza u dawk bi zwiemelFranciziaktarpopolari kemmlokalment u anki fix-xenainternazzjonali. "Dan anki ghax l-imhatri fuq it-tigrijiet Francizi jaghmlu parti sew mill-pakkett ta' servizzi offrut lill-isportivi Maltin minn naha ta' Izibet."


 


Finalment id-Direttur ta' Izibet awgura kull success lis-sidien u s-sewwieqa li l-Hadd li gej iz-zwiemel taghhom se jkunu qieghed jiehdu sehem f'din l-ewwel sensiela ta' finali ghal zwiemel Francizi matul dan l-istagun.  


 


Is-Sur Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club qal li kien ferm sodisfatt li ġie ffinaliżżat dan il-ftehim ma’ Izibet għax bhekk seta jogħla aktar il-livell tal-kalendarju tat-tiġrijiet. It-tiġrijiet tat-trott f’Malta huwa sport li fil-popolarita jiġi biss it-tieni wara l-futbol u sostenn minn Kumpaniji reputabbli bħal l-Izibet jgħin sabiex inkunu nistgħu norganiżżaw aktar kampjonati kif jixraq il-kwalita’ għolja ta’ żwiemel li qed jiġu mpurtati f’pajjiżna.


 


Il-Kampjonati Le Trot sponsorjati mill-Asso            ċċjazzjoni Franċiża tat-Trott isiru darbtejn f’sena u huma mistennija ferm mis-sidien kollha li għandhom żwiemel Franċiżi rreġistrati mal-Malta Racing Club. Għar-raba' darba fl-istorja tat-trott lokali dawn il-finali ser isiru bis-sistema PMU li jfisser li se jiġu trasmessi internazzjonalment u kulħadd għandu l-opportunita li jilgħab fuqhom. Apparti l-benefiċċji finanzjarji ta’ ftehim bħal dan speċjalment għas-sidien li jirċievu premjijiet akbar, inkunu wkoll qed nuru l-livell ogħli ta’ kompetizzjoni li teżisti lokalment u b’liema mod premur is-sidien jieħdu ħsieb iż-żwiemel tagħhom sabiex iżżomuhom fl-aqwa kundizzjoni.


 


Nhar il-Ħadd għandna 5 finali – waħda għal kull klassi bil-Prix de Vincennes (Premier), Prix d’Enghien (Gold), Prix de Cabourg (Silver) u Prix de Cagnes-sur-Mer (Bronze) ikunu tiġrijiet PMU bil-finali l-oħra tkun il-Prix de Caen għall-Klassi Copper. Minn nofs Mejju ż-żwiemel kollha Franċiżi f’Malta kellhom l-opportunita li jippruvaw jikkwalifikaw għal dawn il-finali u għalhekk nhar il-Ħadd se nkunu nistgħu nassistu għal tiġrijiet ibbilanċjati u li joffru spettaklu. Bejniethom dawn il-ħames finali iġorru fond totali ta’ premjijiet li jammonta għal €24,000.


 


Bħal ma ġara fiż-żewġ edizzjonijiet preċedenti l-logħob lokali fuq it-tiġrijiet PMU jista jsir biss mal-PMU u l-bookmakers mhux ser ikunu qed joperaw waqt dawn l-erba’ tiġrijiet.


 


Ic-Chairman ikkonkluda billi għal darb’oħra irringrazzja lil Izibet tal-kollaborazzjoni tagħhom u awgura lis-sidien u l-ġerrejja kollha għal dawn il-finali li ser ikunu qed jagħlqu l-ewwel parti ta’ l-istaġun qabel ma naqilbu għat-tiġrijiet tas-Sajf filgħaxija.


 


 


Peress li s-sħana diġa ħadet sew u sabiex nonoraw il-ħinijiet tat-tiġrijiet stipulati mill-PMU, l-ewwel tiġrija nhar il-Ħadd tibda fl-4:00 pm