Tuesday 29th March 2016
Kampjonat tal-Mediterran

Wara nuqqas ta' xi snin, Malta ser terga tippartecipa fil-Kampjonat tal-Mediterran u zzomm it-tradizzjoni bl-ewwel fazi tat-trott tingera Malta fil-31 ta' Marzu.


Ser ikunu qed jippartecipaw 5 pajjizi nkluz Malta f'zewg tigrijiet fejn kull gerrej jinghata punti skond fejn jispicca u wara tinhadem il-medja bbazata fuq dawn iz-zewg tigrijiet.


Malta ser tkun irrapprezentata minn Julian Farrugia filwaqt li s-sewwieqa l-ohra huma Matteo di Meo ghall-Italja, Jean Paul Fasquelle ghal Franza, Denis Prisekar ghar-Russja u Milos Kovacevic ghas-Serbja.


Iz-zewg tigrijiet ikunu ghall-Klassi Bronze fit-3:10 u ghall-Klassi Silver fl-4:00.  Is-sewwieqa partecipanti jigu pprezentati lill-pubbliku wara t-3 tigrija fis-2:30.