Thursday 3rd March 2016
Kampjonat Assikura - Finali Klassi Gold

Bħal ma ġara f’dawn l-aħħar staġuni l-ewwel kampjonat tas-sena huwa dak sponsorjat mill-Kumpanija ta’ l-Assikurazjoni Assikura għall-klassijiet Gold u Bronze.


 


It-tiġrijiet kwalifikattivi tal-Klassi Gold saru l-Ħadd 14 ta’ Frar fejn total ta’ 65 żiemel ħadu sehem f’sitt tiġrijiet li minnhom 24 għaddew għas-semi finali li saru l-Ħadd li għadda. Minn dawn iż-żewġ semi finali kkwalifikaw l-10 finalisti li jinkludu ħames rebbieħa tat-tiġrijiet kwalifikattivi. Sfortunatament dalgħodu ġiet skraċċjata d-debba Made In Hoff biex għalhekk ser ikunu biss disgħa li jieħdu sehem fil-finali.


 


Il-finali ser issir il-Ħadd 13 ta’ Marzu u mistennija tkun waħda kkumbattuta peress li ż-żwiemel finalisti diġa urew il-potenzjal tagħhom għalkemm uħud minnhom għadhom relattivament ġodda f’pajjiżna.  Fost dawn għandna tnejn li ħarġu rebbieħa kemm fil-heats kif ukoll fis-semi finali Power To Be u Royal In b’dan ta’ l-aħħar iġorr l-unur ta’ l-aktar żiemel konsistenti l-istaġun li għadda.Illum telgħu il-poloz ta’ din il-finali.


 


Iż-żwiemel finalisti kif ser jitilqu wara l-karozza tat-tluq:


 


1. ENERGITJ


2. QUEFI DES CAILLONS


3. MAGIC BROLINE


4. QURIEUX DU PONCHET


5. PALAZIO VALTERNE


6. POWER TO BE


7. LOVER ROC


8. MADRILENO


9. ROYAL IN


 


Il-premjijiet ta din il-finali ser ikunu €900 - €400 - €200 - €100


 


Sadanittant is-Sibt u l-Ħadd 20 u 21 ta’ Frar ingħata bidu wkoll għall-kampjonat riservat għall-żwiemel tal-Klassi Bronze. B’kollox saru 9 tiġrijiet li fihom ħadu sehem total ta’ 95 żiemel biex 36 żiemel ikkwalifikaw għas-semi finali li ser isiru nhar is-6 ta’ Marzu.  Il-finali ssir is-Sibt 19 ta’ Marzu u l-premjijiet ikunu €450 - €200 - €100 - €50.


 


Il-Konferenza Stampa kienet indirizzata mis-Sur Andrew Grech li huwa l-Managing Director tal-Kumpanija Assikura Insurance Brokers Ltd kif ukoll mis-Segretarju Ġenerali tal-Malta Racing Club is-Sur Anthony Demanuele.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/01/16